Imfakkar il-Budaj f'għeluq l-għaxar snin minn mewtu

  • Ġun 30, 2016 11:34
  • Miktub minn iNews

    Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed itella' tribute ddedikata lil Frans Baldacchino (il-Budaj), nhar it-Tlieta li ġej, il-5 ta' Lulju, 2016, mis-7.30 p.m. 'il quddiem fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta' San Girgor), fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, iż-Żejtun.

    L-għannej popolari magħruf bħala, il-Budaj, din is-sena qed jagħlaq għaxar snin mill-mewt tiegħu, wara li fl-2006, fl-età ta' 63 sena kien ħalla din id-dinja. F'dan il-ġnien li se tkun qed tittella' din l-attività wieħed jista' wkoll isib monument iddedikat lil dan il-persunaġġ Żejtuni. Il-Budaj minbarra li kien għannej prim, kien ukoll ħareġ pubblikazzjonijiet fosthom 'Imrieżaq ta' Moħħi' fl-1995 u 'Lejn l-Art u s-Sema' fl-2004. Hu kien rebaħ il-festival l-Għanja tal-Poplu flimkien ma' Priscilla Psaila fl-2001, bil-kanzunetta 'Tisimgħu Tissaħħar', li din l-attività se tkun qed tittella' jumejn biss qabel dan il-festival ukoll.

    Barra t-tribute lill-Budaj, l-attività se tkun imżewqa b'għana tal-fatt minn Żeppi Spagnol, qari ta' letteratura minn poeżiji sa siltiet bid-djalett, kompetizzjoni tal-inbid u ħafna oħrajn, li dawn huwa parti mit-tradizzjonijiet Maltin u l-erojja ta' din il-lejla se jkunu l-għannejja.

    Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-inbid, kull reġistazzjoni hi bla ħlas. Il-kategoriji tal-kompetizzjoni huma nbid abjad, aħmar u tal-frott, li kull parteċipant jista' jdaħħal ammont kemm irid f'kull kategorija. Dawk li jiġu mal-ewwel tliet postijiet minn kull kategorija se jkunu qed jingħataw trofew, u dak li jġib l-akbar ammont mill-inbejjed kollha se jkun jingħata t-trofew bħala l-Aqwa Kompetitur. Ir-reġistrazzjonijiet se jagħlqu nhar il-Ħadd li ġej, it-3 ta' Lulju, 2016 u wieħed jista' jikseb l-formola minn fuq www.zejtunlocalcouncil.com.

    Kulħadd huwa mistieden li jattendi f'din l-attività, biex flimkien il-pubbliku jagħti ġieħ u japprezza x-xogħlijiet ta' dan l-għannej Żejtuni, li baqa' fil-qalb ta' ħafna nies. Id-dħul huwa bla ħlas.

    Il-pubbliku jista' jikseb aktar tagħrif billi jċempel fuq 99 203 815.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0