Tirbaħ Ġieħ San Pawl il-Baħar għall-ġenerożità tagħha

  • Lul 01, 2016 17:13
  • Miktub minn iNews

    Nhar it-Tlieta, 28 ta’ Ġunju, 2016, l-Istitut Soċjo-Kulturali San Pawl, San Pawl il-Baħar onora lil Maria Muscat bit-tlieta u għoxrin medalja ta' Ġieħ San Pawl il-Baħar. Maria Muscat ġiet magħżula wara valutazzjoni minn fost ħafna nominazzjonijiet magħmulin mir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar u sottomessi liċ-Ċermen tas-sottokumitat għall-għażla l-Onor. Imħallef Emeritus Franco Depasquale u bħala membri kien kompost mis-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar il-Perit Graziella Galea, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Maria Addolorata San Pawl il-Baħar, Beatice Acsiak, Joe Stafrace u Doris Gauci.

    Maria Muscat ġiet mogħtija dan l-onur hekk prestiġjuż għall-ġenerożità kbira li turi mall-ħafna morda li tmur iżżur ta’ kuljum u kif qalu l-morda stess, li kemm-il darba serviethom fil-ħtieġijiet u l-bzonnijiet tagħhom. Maria Muscat anke tmur tagħmel ix-xiri lil dawk l-anzjani li jkunu jgħixu waħedhom u ma jkollhomx min imur iżurhom iktar u iktar min idur bihom.

    Maria Muscat tagħti dan is-servizz fil-parroċċa volontarjament u bl-ikbar ġenerożità. Bara dan ix-xogħol, Maria twettaq ħafna xogħol ieħor fil-kunvent tal-patrijiet Franġiskani tal-Parroċċa.

    Din il-medalja u d-diploma ġew ippreżentati lilha mill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia, fis-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ (ta’ ħdejn il-Gillieru). Kienu preżenti għal din iċ-ċerimonja Deborah Schembri, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Galea, Fr George Zammit ofm conv. Fr Michael Attard, il-kunsilliera Joe Vella u Antoinette Bezzina, u ħafna nies distinti oħra qraba u ħbieb.





    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0