"Pinocchio": spettaklu taż-żfin minn Johane Casabene Dance Conservatoire

  • Lul 03, 2016 10:19
  • Miktub minn Daniel Bartolo

    L-akkademja taż-żfin Johane Casabene Dance Conservatoire se ttella’ spettaklu oriġinali bbażat fuq id-dinja maġika ta’ “Pinocchio”, storja miktuba mill-awtur Taljan, Carlo Collodi. Din il-ħrafa li ddur mal-brikkunati tat-tfal, il-kuraġġ u l-imħab­ba bla tarf ta’ ġe­ni­tur se ddaħħal lill-udjenza fid-dinja immaġinarja u mim­lija av­venturi ta’ Pinocchio.

    Qabel ma ġie ppubblikat il-ktieb ta’ Pinocchio fl-1883, l-ebda awtur ma kien għadu ħolom li jikteb storja mmirata għat-tfal. Din l-inizzjattiva ntgħoġbot ħafna mill-qarrejja ta’ dak iż-żmien tant li Pinocchio ġie tradott f’ak­tar lingwi mill-Bibbja! L-akkademja taż-żfin Johane Ca­sabene Dance Conservatoire rnexxielha tagħti interpretazzjoni innovattiva permezz ta’ għadd ta’ koreog­ra­fiji oriġinali tal-ħrafa Taljana.

    L-għan kien li jgħaddi messaġġ b’tagħlima lill-udjenza mħallta permezz tal-lingwa universali taż-żfin. L-ispettaklu viżiv Pinocchio għandu jwassal messaġġ lill-udjenza kollha – mes­saġġ li għandu jiġi apprezzat minn kull età. Dan il-messaġġ u messaġġi oħrajn se ikunu mwassalin ukoll min-narratur li fl-ispettaklu se jkun qed jirrappreżenta lil Collodi. Collodi nnifsu ma tantx kellu paċenzja mat-tfal iżda permezz ta’ din il-ħrafa hu xtaq jgħallimhom li jridu jisimgħu mill-pariri tal-ġe­ni­turi tagħhom u li fil-ħajja dak li tiżra’ taħsad u għal­hekk jekk tixtieq li jkollok suċċess fil-ħajja, trid taħdem għalih.

    L-udjenza se tittieħed tul vjaġġ immaġinarju flimkien ma’ Collodi u l-karattru fa­muż ta’ Pinocchio. Huma se jesperjenzaw l-avventuri tie­għu b’mod ġdid permezz tal-arti espressiva taż-żfin megħjuna minn xeni spettakolari, mużika oriġinali, kostumi kkuluriti u ħafna aktar. Hemm min jaħseb li Pinocchio hija biss ħrafa dwar pupazzu mqareb, iżda dan mhux minnu. Fil-verità din il-ħrafa eterna tgħodd mhux biss għat-tfal iżda anke għall-adulti. Il-bilanċ li jinħoloq fil-ħrafa bejn it-taj­jeb u l-ħażin huwa essenzjali u ispirazzjoni għal din l-istorja teatrali.

    Il-kompożitur Taljan ta’ fama internazzjonali, Enrico Melozzi kkompona l-mużi­ka li se takkompanja l-istorja ta’ Pinocchio. Din il-mużika, mhux biss tal-widna iżda wkoll intriganti, kienet ispirazzjoni għall-koreografiji li nħolqu.

    Dan l-ispettaklu taż-żfin se jkun esperjenza indimentikabbli, esperjenza li ħadd m’għandu jitlef! Ovvjament spettaklu bħal dan, ma setax ma jittellax f’post uniku u komdu bħal Dar il-Mediterran, fejn wieħed jista’ joq­għod fil-kumdità taħt l-arja kkundizzjonata.

    L-ispettaklu taż-żfin, Pi­noc­chio ta’ Johane Casabene se jittella’ f’Dar il-Mediterran nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Lulju, fit-8.00 p.m. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu minn Dar il-Mediterran stess minn nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju jew inkella mill-kumdità ta’ daru permezz tal-internet.
    It-tieni spettaklu se jittella’ f’Għawdex fit-Teatru Aurora r-Rabat nhar is-Sibt, 19 ta’ Novembru, 2016.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0