Kunċert f’ġieħ Mons. Mikiel Azzopardi f’għeluq 25 sena minn mewtu

  • Nov 23, 2012 09:54
  • Miktub minn
"

    Id-Dar tal-Providenza bil-kollaborazzjoni ta’ RTK 4 Charity – Dar tal-Providenza u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, se jtellgħu kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’ġieħ Monsinjur Mikiel Azzopardi – fundatur tad-Dar tal-Providenza, f’għeluq il-25 sena mill-mewt tiegħu.

    Il-Kunċert se jittella’ fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, it-Tlieta, 11 ta’ Diċembru fis-7.30 p.m. taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President tar-Repubblika George Abela, u l-E.T. l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona.

    Matul dan il-kunċert, il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Kaptan John Ivan Borg, se tkun qiegħda ddoqq siltiet mużikali fosthom Adiemus – kompożizzjoni ta’ Karl Jenkins, li nkitbet għall-Papa Ġwanni Pawlu II; il-poema: Finlandia tal-kompożitur Jean Sibelius u Gabriel’s Oboe mill-film The Mission ta’ Ennio Morricone.

    Se jinqara wkoll diskors dwar min kien Mons. Mikiel Azzopardi mis-suċċessur tiegħu Mons. Lawrence Gatt kif ukoll diskors dwar il-persuna b’diżabilità fil-ħajja tal-lum minn Gordon Cardona.

    Monsinjur Mikiel Azzopardi

    Monsinjur Mikiel Azzopardi jibqa’ l-aktar sinonimu mad-Dar tal-Providenza li waqqaf fl-1965, dar għal persuni b’diżabilità, li grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi, għadha toffri residenza permanenti jew temporanja lil dawk il-persuni li jkollhom bżonn dan is-servizz.

    Fil-ħidma pastorali tiegħu, Dun Mikiel kien induna li diversi persuni b’diżabilità kienu qegħdin jgħixu fi stat deplorabbli, tant li kienu jinħbew fil-kantini, f’ambjenti inumani għall-aħħar, fejn kultant lanqas l-aħwa tagħhom stess ma kienu jkunu jafu bihom. Persuni oħrajn b’diżabilità kienu spiss jiġu rredikolati fil-pubbliku jew jintbagħtu f’xi sptar mhux addattat għalihom. Quddiem din is-sitwazzjoni inġusta li kienu qegħdin jiffaċċjaw diversi persuni b’diżabilità, Dun Mikiel b’sens qawwi ta’ ġustizzja, ma xtaqx jibqa’ b’idejh fil-but. Kien hawn li nibtet fih l-idea li jibni dar li fiha dawn il-persuni jsibu ambjent fejn jgħixu – ambjent li jixraqilhom u jirrispetta d-dinjità tagħhom.

    Illum id-Dar tal-Providenza tiġbor fiha tliet residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni, u Villa Papa Luciani. Għandha wkoll żewġt idjar żgħar fil-komunità tas-Siġġiewi u tal-Qawra, b’din tal-aħħar tkun miftuħa proprju ftit tal-ġimgħat ilu.

    L-inizjattiva tal-RTK 4 Charity – Dar tal-Providenza biex il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta ttella’ kunċert li jikkommemora lil Dun Mikiel Azzopardi fl-okkażjoni tal-25 sena mill-mewt tiegħu kien ġest sabiħ u li jixhed l-istima li l-Maltin għad għandhom lejh u lejn l-opra li waqqaf.

    Matul il-kunċert se jkun qed jingħata wkoll il-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi. Dan il-premju jingħata kull sena mid-Dar tal-Providenza biex jirrikonoxxi l-kontribut ta’ persuni fil-qasam tal-persuni b’diċabilità f’Malta u Għawdex jew inkella li jkunu b’xi mod appoġġaw il-ħidma tad-Dar tal-Providenza. Il-premju Monsinjur Mikiel Azzopardi tnieda għall-ewwel darba 17-il sena ilu, f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.

    Id-dħul għall-kunċert hu b’xejn u kulħadd mistieden jattendi.

    Il-biljetti jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 99493923 jew jibgħat imejl fuq dartalprovidenza12@gmail.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0