“Konna ħbieb kbar għal 35 sena sħaħ” - Linda Gray

  • Nov 24, 2012 10:17
  • Miktub minn
"

    Linda Gray kienet waħda mill-ewwel persuni li ħarġet stqarrija pubblika hekk kif kienet irrapurtata l-mewt ta' Larry Hagman.

    Hagman u Gray kien jaħdmu l-parti tal-koppja JR u Sue Ellen Ewing waqt is-sensiela televiżiva Dallas. Gray kienet ħdejn Hagman meta miet l-isptar fl-età ta' 81 sena. Hagman kien ilu snin issofri b'kanċer fil-fwied.

    “Hu kien il-Pied Piper tal-ħajja ġab ferħ lil kull min kien jafu. Kien kreattiv, ġeneruż, ċajtier, kien jaf iħobb u kellu talent kbir. Se nimmisjah ħafna,” qalet Gray.

    Hagman dam jaħdem il-parti ta' JR għal 13-il sena sħaħ huwa bla dubju l-aktar rwol li huwa magħrif għalih u l-aktar wieħed li ġablu suċċessi.

    Il-karriera televiżiva ta' Hagman bdiet fis-snin 60 meta kien jinterpreta l-parti tal-astronawta Tony Nelson fil-kummiedja I Dream of Jeannie.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3