Affogato

  • Lul 12, 2016 06:22
  • Miktub minn iNews

    Affogato hija xarba Taljana li toffri alternattiva għall-kafè kiesaħ (iced coffee jew frappè) f'xi jum sħun tas-sajf. Affogato litteralment tfisser "mgħarraq". Din ix-xarba ġeneralment tikkonsisti minn ġelat li huwa servut bl-espresso sħun jew likur bħal Kahlua, Grand Marnier jew Frangelico. Tista' wkoll iżżid taħlita bi ftit ċikkulata tal-ħalib u trab tal-kafè għal togħma Mocha. Tradizzjonalment, l-affogato jiġi servut bil-biskuttini fil-ġenb. Din ir-riċetta sservi erba' persuni.

    Ingredjenti:

    nofs tazza krema mħabbta

    nofs kikkra espresso

    pinta ġelat tal-vanilla

    ċikkulata maħkuka għall-wiċċ

    Metodu:

    Ħabbat il-krema sakemm tibbies. Għattiha u poġġiha fil-friġġ.

    Qassam il-ġelat bejn erba' tazzi jew kikkri tal-kafè kbar. Ferra' 2 - 4 mgħaref espresso sħun ġo kull tazza. Żid mgħarfa krema u spiċċa billi tferrex ftit ċikkulata maħkuka.

    Servi immedjatament.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook