UEL - Draw f'partita nieqsa mill-ispettaklu

  • Lul 15, 2016 00:15
  • Miktub minn iNews

    Rtiratti: Christine Borg

    UEFA EUROPA LEAGUE

    II Round Preliminari - I Leg

    BIRKIRKARA ………….0

    HEARTS ……..………….0

    F’konfront validu mill-ewwel leg tat-tieni round preliminari tal-UEFA Europa League li ftit li xejn offra spettaklu, Birkirkira u Hearts of Midlothian tal-Iskozja, spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex kollox għadu miftuħ hekk kif nhar il-Ħamis jint­lagħab it-tieni leg, f’Tynecastle Stadium.

    Hearts iddominaw għall-parti l-kbira tal-ewwel taqsima, iżda minkejja li kellhom aktar pussess tal-ballun, ftit li xejn kienu ta’ theddida għal-lasti difiżi mill-goalkeeper Miroslav Kop­ric. Min-naħa tagħhom, Birkirkara ġew kostretti li jirt­iraw lura għalkemm mal-ħin bdew ukoll jaqsmu l-logħob mal-avversarji.

    Kienu l-Iskoċċiżi li ħadu l-inizjattiva fil-bidu tal-ewwel taqsima u wara biss tliet minuti  xutt djagonali fil-baxx ta’ Conor Sammon spiċċa fix-xibka, iżda r-referee Bulgaru, Ivaylo Stoyanov,  ħassar il-goal minħabba li l-player Skoċċiż kien f’pożizzjoni ta’ offside.

    Fit-tmien minuta, free-kick dirett mogħti mill-Karkariż, Dimitrov Srdan, spiċċa f’idejn il-goalkeeper Jack Hamilton. Żewġ minuti wara l-goalkeeper ta’ Birkirkara, Miroslav Kopric, ħtieġlu jippanċja free-kick ċentrali mogħti minn Alim Ozturk.

    Fit-18-il minuta t-tentattiv ta’ Jamie Walker, minn barra l-kaxxa, falla kompletament il-mira. Fl-41 minuta, tentattiv ta’ Ryan Scicluna ħabat mal-ġenb tax-xibka. 

    L-andament tal-partita fit-tieni taqsima kompla fuq l-istess binarju u wara biss erba’ minuti logħob, xutt insidjuż ta’ Callum Paterson, li kien wieħed mill-aħjar players ta’ Hearts, ġie imblokkat mill-goalkee­per Karkariż.

    Fit-63 minuta, l-Iskoċċiżi kienu għoddhom fetħu l-iskor meta kanunata minn 30 metru bogħod ta’ Alim Ozturk ġie miżmum mill-mimduda, b’Kopric megħlub għal kollox.

    Fil-71 minuta, corner mogħti minn Faycal Rherras, reġa’ kien it-Tork Ozturk li kien se jiskorja għall-Iskoċċiżi wara li Kopric naqas li jżomm il-ballun.

    Iżda mbagħad kien providenzjali, fis-86 minuta, meta dawwar f’corner qabel ma Liam Smith seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara.

    BIRKIRKARA.: 1-Miroslav Kopric, 3-Christian Bubalovic, 4-Gareth Sciberras, 5-Emerson Marcelina, 10-Dimitrov Srdan (6-Edison Bilbao Zarate 90), 14-Vito Plut, 18-Shaun Bajada (17-Frank Temile 81), 19-Joseph Zerafa, 21-Ryan Scicluna (25-Bruno Marrotti 90), 22-Cain Attard, 28-Matthew Guillaimer - Coach: Drazen Besek

    HEARTS:  1-Jack Hamilton, 2-Callum Paterson, 3-Faycal Rherras, 4-Branco Igor Rossi, 5-Alim Ozturk, 6-Perry Ki­t­­chen (15-Don Cowie 29),  7-Jamie Walker (11-Sam Nicholson 81), 8-Prince Buaben Abankwah, 10-Arnaud Djoum, 18-Conor Sammon (9-Juan Manuel Delgado Lloria 74), 24-Liam Smith -  Coach: Robbie Neilson

    REFEREE: Ivaylo Stoyanov  (Bulgarija)

    ASS. REFEREES:Ivo Kolev, Georgi Doynov  (Bulgarija)

    RABA’ UFF: Stefan Apostolov (Bulgarija)

    AMMONITI:E. Marcelina (B); C. Paterson, A. Djoum (H)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook