EDER - jiżvela li missieru jinsab il-ħabs minħabba omiċidju

  • Lul 15, 2016 00:48
  • Miktub minn iNews

    L-eroj tal-Portugall, Eder, li skorja l-uniku goal fil-finali tal-Euro 2016 biex għelbu lill-Franza bl-iskor ta’ 1-0, stqarr li missieru jinsab il-ħabs wara li nstab ħati li qatel lis-sieħba tiegħu.

    Huwa qal dan waqt intervista fuq il-mezzi tax-xandir fejn sostna li missieru jinsab riesaq lejn it-tmiem tas-sentenza ta’ 16-il sena.

    Meta ġie mistoqsi dwar il-familja tiegħu, Eder, li ismu kollu huwa Ederzito Antonio Macedo Lopes, qal:

    “Missieri jinsab il-ħabs. Ilu hemmhekk minn mindu kelli 12-il sena wara li kien akkużat li qatel lis-sieħba tiegħu.”

    Eder, li twieled fil-Guinea-Bissau, qal li meta kellu erba’ snin marru joqogħdu l-Portugall u kienu jgħixu fil-faqar. Imbagħad huwa kien issieħeb fin-nursery ta’ Academica biex baqa’ tiela’ f’kull livell. Bil-flus li kien jaqla’ seta jmur jara lil missieru f’ħabs, l-Ingilterra.

    Eder qal ukoll li flimkien ma’ ħutu kienu jgħixu ma’ ommu iżda f’xi drabi kien imur jgħix ukoll ma’ missieru.

    Il-fatt li missieru jinsab il-ħabs ħalla effett negattiv tul ħajtu kollu u jiġu mumenti fuqu li jkun dipressat.

    Fil-karriera tiegħu, l-attakkant ta’ Lille lagħab ukoll ma’ Swansea.

    Fatt interessanti ieħor huwa li bil-goal tiegħu, mastrudaxxa minn Birmingham rebaħ £1 miljun wara li poġġa mħatra li Eder ikun l-ewwel skorer fil-finali tal-Euro 2016.

    L-imħatra kienet “14,322-1”. Huwa lagħab £70. Kif wieħed jinduna, iċ-ċansijiet ta’ rebħ ta’ dan il-mastrudaxxa kienu limitati ħafna għall-fatt li Eder kien sostitut bil-possibbiltá wkoll li seta’ ma lagħabx.

    Iżda meta l-fortunta tidħaklek ……

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0