159 vjaġġ aktar bil-karozzi tal-linja kuljum minn għada

  • Lul 16, 2016 09:07
  • Miktub minn iNews

    Minn għada, Malta Public Transport se tkun qed iżżid in-numru ta’ vjaġġi fuq sitt rotot li jagħtu servizz fiċ-Ċirkewwa, Buġibba u Tas-Sliema kif ukoll se tibda topera sitt servizzi speċjali msejħin Tallinja Direct f’dawn il-lokalitajiet u fl-ajruport. B’hekk il-kumpanija ser tkun qed tipprovdi 159 vjaġġ aktar kuljum.

    Se jkun hemm 23 vjaġġ aktar kuljum fuq ir-rotta popolari 212 bejn Tas-Sliema u Buġibba, li hi waħda mill-aktar rotot frekwentati fil-pajjiż. Minn għada se jkun hemm erba’ karozzi tal-linja kull siegħa fuq din ir-rotta minflok tlieta, il-ġurnata kollha bejn it-08:30 u t-20:30.

    Ir-rotta 221 ta’ bejn iċ-Ċirkewwa u Buġibba wkoll se tkun qed tiżdied għal erba’ karozzi tal-linja kull siegħa minflok tlieta, bejn it-08:30 u s-19:30. Aktar minn hekk, ser ikun hemm rotta ġdida addizzjonali tat-Tallinja Direct li toffri servizz bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet.

    Ir-rotta TD6 se topera kuljum kull siegħa bejn il-11:00 u s-13:00 minn Buġibba għaċ-Ċirkewwa u bejn l-16:00 u t-20:00 miċ-Ċirkewwa lejn Buġibba. Dan ifisser li Malta Public Transport se tkun qed topera 31 vjaġġ aktar kuljum bejn iċ-Ċirkewwa u Buġibba.

    Peress illi ser tiżdied il-frekwena fuq ir-rotot 41 u 41 ta’ bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valltta, ser ikun hemm sitt karozzi tal-linja kull siegħa minflok erbgħa waqt il-ħinijiet meta tiżdied id-domanda, li huma bejn it-08:30 u 12:00 u bejn l-16:30 u s-19:30. Dan ifisser li se jkun hemm 21 karrozza tal-linja aktar kuljum fuq dawn ir-rotot.

    Fuq ir-rotta 222, ta’ bejn iċ-Ċirkewwa u Tas-Sliema, il-frekwenza ser tiżdied għal erba’ karozzi tal-linja kull siegħa minflok tlieta waqt il-ħinijiet meta tiżdied id-domanda, li huma bejn it-08:00 u 12:00 u bejn l-16:00 u t-20:00.

    Żewġ rotot ġodda tat-Tallinja Direct ukoll se jibdew minn għada f’dawn il-lokalitajiet. Ir-Rotta TD1, bejn l-Għadira u Tas-Sliema, se topera kuljum b’servizz kull siegħa bejn il-11:00 u s-13:00 minn Tas-Sliema sal-Għadira, u bejn l-16:00 u t-20:00 mill-Għadira sa Tas-Sliema. Ir-Rotta TD4, ben iċ-Ċirekewwa u San Ġiljan, se topera kuljum b’servizz kull siegħa bejn l-10:30 u s-13:30 minn San Ġiljan għaċ-Ċirkewwa, u bejn it-15:30 u s-19:30 miċ-Ċirkewwa għal San Ġiljan. Dan ifisser illi b’kollox ser ikun hemm 33 vjaġġ aktar bejn dawn il-lokalitajiet.

    Se jkun hemm ukoll 11-il vjaġġ aktar bejn Tas-Sliema u Għajn Tuffieħa. Il-frekwenza tal-karozzi tal-linja fuq din ir-rotta ser tiżdied mid-09:30, waqt li ser ikun hemm rotta tat-Tallinja Direct, TD5, li se topera kuljum b’servizz kull siegħa bejn l-10:30 u s-13:30 minn Tas-Sliema għal Għajn Tuffieħa u bejn l-16:30 u s-19:30 minn Għajn Tuffieħa għal Tas-Sliema.

    Hemm żewġ rotot oħra ġodda tat-Tallinja Direct li joperaw bejn l-ajruport u Tas-Sliema/San Ġiljan u Buġibba/ir-Rabat. Rotta TD2 topera kuljum mill-ajruport lejn Tas-Sliema/San Ġiljan u lura kull siegħa bejn id-09:30 u l-22:30. Rotta TD3 topera kull siegħa fiż-żewġ direzzjonijiet bejn l-09:40 u l-21:40 mill-ajruport lejn Buġibba u tgħaddi mir-Rabat. Seri kun hem 40 vjaġġ kuljum fuq dawn ir-rotot.

    It-Tallinja Direct huma servizzi speċjali ta’ matul is-sajf li joffru lill-passiġġieri mezz biex jivvjaġġaw f’anqas ħin. Għal min jivvjaġġa bl-Explore Card, li tiswa €21 u tagħti vjaġġi bla limitu għal ġimgħa sħiħa, m’hemmx aktar spejjeż. Dawk li għandhom tallinja card iħallsu €2.00 għal kull vjaġġ fuq ir-rotot tat-Tallinja Direct, waqt li biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozza tal-linja jiswew €2.50 għal kull vjaġġ.

    Fuq talba tal-Awtorità tat-Trasport f’Malta, ser ikun hemm ukoll dan it-tibdil fir-rotot:

    • Rotta 58A hija rotta ġdida li se tibda topera kull siegħa u tgħaddi minn Triq Psaila f’Birkirkara;

    • Il-frekwenza fuq Rotta 58 (Valletta-Birkirkara) se tinbidel għal kull nofs siegħa waqt ħinijiet meta tiżdied id-domanda u kull siegħa fil-ħinijiet l-oħra;

    • Rotta 103 (Bidnija - Naxxar) se testendi lejn Pembroke Park & Ride u b’hekk ikun hemm konnessjoni bejn Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaq u n-Naxxar;

    • Rotta 238 (Mġarr-Mater Dei) se testendi lejn San Ġwann u l-Belt Valletta, b’konessjoni ġdida bejn l-Imġarr u n-Naxxar u li se tipprovdi servizz ġdid lir-residenti tax-Xwieki lejn l-Isptar Mater Dei u l-Belt Valletta.

    Minħabba dan it-tibdil fir-rotot, il-Journey Planner fuq is-sit publictransport.com.mt, li jinsab ukoll fuq it-tallinja app, mhux se jkun aċċessibbli għal xi ħin għada l-Ħadd 17 ta’ Lulju 2016 waqt li jkun qed isir it-tibdil fil-mapep u r-rotot.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook