Aġġornat: Tfajla ta' 17-il sena tmut f'inċident tat-traffiku

  • Lul 19, 2016 14:25
  • Miktub minn iNews

    Tara Licari, tfajla ta' 17-il sena li kienet qed tgħix id-Danimarka, mietet kmieni filgħodu wara li l-vettura li kienet riekba fiha misjuqa minn ħuha, kienet involuta f'inċident tat-traffiku fil-Kappara.

    L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 a.m. fi Triq Mikiel Anton Vassalli. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li vettura tat-tip Toyota Vitz kienet qed tinstaq minn San Ġiljan lejn Tas-Sliema meta s-sewwieq – ġuvni ta’ 23 sena minn Ħal Balzan - tilef il-kontroll tagħha u ħabat, l-ewwel aktarx ma’ ħajt u mbagħad ma’ vettura oħra.

    Passiġġieri fil-vettura kien hemm żewġ persuni oħra, il-vittma - li tiġi oħt is-sewwieq u ġuvni Daniż ta’ 18-il sena, li ġie hawn għal btala magħha.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Sfortunatament, it-tfajla sofriet ġrieħi serji u tilfet ħajjitha fuq il-post, filwaqt li ż-żewġ ġuvintur ittieħdu l-Isptar sabiex jingħataw il-kura medika. Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li l-ġuvni Daniż sofra ġrieħi ta’ natura ġravi, filwaqt li s-sewwieq ma’ sofra ebda ġrieħi.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Frendo Dimech LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    ilbomblu
    Lul 19, 2016

    jahasra x,hela ta hajjiet. Xejn spiccajt kif tirkeb f,karozza tkun qieghed tilaghab ma hajtek. Hawn trafic wisq u it toroq ftit lixejn ittrangaw ez it telghna ta Selmun mix Xemxija ghada listess bhal mitt sena ilu. Laqwa li l-avoltuni li ghandna fil poli

    Irrispondi