“Tad-daħk” – Lino Spiteri dwar il-proposta li t-taxxa tonqos fuq sentejn

  • Nov 26, 2012 15:45
  • Miktub minn
"

    Mistoqsi dwar l-għidut li l-Gvern se jipprova jonora b’xi mod il-wegħda li jnaqqas ir-rata massima ta’ taxxa, l-ekonomista Lino Spiteri kkumenta dwar kif dan jindika li huwa baġit tal-elezzjoni. Ilbieraħ kien irrapportat li fil-baġit li jmiss il-Gvern se jnaqqas fuq numru ta’ snin ir-rata massima ta’ taxxa li bħalissa hija ta’ 35%.

    “Dan se jkun baġit tal-elezzjoni, għalhekk il-Gvern se jġedded malajr il-wegħda li jbaxxi r-rata tat-taxxa biex iddum iżjed ma tintlaħaq ir-rata l-iżjed għolja ta’ 35%,” qal Spiteri.

    Mistoqsi dwar min jibbenefika l-aktar b’miżura bħal din, Spiteri spjega li jibbenefikaw l-aktar dawk li jaqilgħuha tajjeb jew mhux ħażin.

    “Meta ssir, jekk issir, ma jgawdux in-nies ta’ isfel iżda dawk li jaqilgħuha mhux ħażin jew tajjeb. Hu tad-daħk li l-bidla, li saret fl-2008, m’għamilhiex s’issa imma qed jgħid li jagħmilha sentejn oħra, jekk jitla’. Ilum jgħid li l-qagħda ekonomika ħażina. Fejn jaf x’se tkun stentejn oħra?” jistaqsi Spiteri.

    Intant, l-ekonomista Gordon Cordina qal li jistenna li jara l-proposta sħiħa biex jikkummenta dwar il-proposta. “Nippreferi nikkummenta meta nkun naf kif se titħaddem il-miżura u l-kuntest ta’ miżuri oħrajn fil-baġit, biex naraw eżatt liema faxxi se jkunu qegħdin jibbenefikaw, kemm se sservi ta’ inċentiv għal aktar xogħol, jekk hux se jintlaqtu l-konsum jew it-tfaddil, kemm se tiswa u kif se tkun iffinanzjata,” qal Cordina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    8