Joseph Muscat: Busuttil ma jridx ministri jattendu laqgħat fil-Kunsill Ewropew? Lanqas Farage ma jgħid ħmerija bħal din!

  • Lul 25, 2016 20:58
  • Miktub minn Victor Vella

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-intervent tiegħu fil-Parlament iddikjara li jinsab sorpriż għal aħħar b'dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dikjarazzjoni li ma tfisser xejn ħlief li l-Oppożizzjoni ma tridx li l-Ministru jattendu l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    F'botta diretta lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru qal: "Jien Farage? Lanqas Farage ma jgħid ħmerija bħal din!"

    Il-Prim Ministru qal li "ddeċidejna li nimxu fit-triq tal-flessibilità. Għamilna diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni biex ikollna tibdil għaż-żmien li ġej u mhux għal din il-leġislatura. Kienu diskussjonijiet li ħadu fit-tul. Wasalna fi ftehim fuq ħafna affarijiet. Għandna qbil li l-membri Parlamentari li ma jattendux iridu jħallsu multa ta' €50. Għandna qbil fuq proposta li kienet fil-manifest elettorali taż-żewġ partiti u din hi dik li jitwaqqaf kumitat tal-petizzjoni u dan biex petizzjonijiet tal-pubbliku jkunu diskussi. Kellna ftehim li meta jkun hemm ministru li meta kumitat parlamentari jkun jiddiskuti xi ħaġa li taqa' taħtu, dak il-ministru ma jkunx parti minn dak il-kumitat. Niftakar żewġ każi fil-leġiżlatura li għaddiet fejn ministri staqsew mistoqsijiet fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi lill-persuni fiċ-ċivil li kienu jaqgħu taħthom."

    Il-Prim Ministru qal li llum hemm sistema fejn l-abbozz privati jkunu diskussi nhar ta' Ħamis. Qal li bħalissa hemm anomalija fejn jekk il-Gvern ikun imissu jlaqqa' l-Parlament biex jiddiskuti abbozz li jkun se jressaq hu u dan ma jagħmlu, jekk jibqa' ma jlaqqax il-Parlament il-Ħamis sal-aħħar tal-leġiżlatura ikun ifisser li l-Oppożizzjoni ma tkunx tista' tiddiskuti l-mozzjonijiet tagħha.

    Il-Prim Ministru qal li hu ma jaqbilx mal-proposta tal-Oppożizzjoni li jkomplu għaddejjin id-diskussjoni. "Nistqarr li ninsab sorpriż immens b'dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni llum. B'dispjaċir ngħid li naħseb li ma fehemx dak li hemm miktub. Hu qal li mhux il-membri Parlamentari kollha se jkunu stmati l-istess fejn tidħol il-multa fuq attendenza. Dan mhu minnu xejn. Li qed ngħidu biss hu li membri li jkunu imsefrin ma jitqiesux bħala assenti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal ukoll li l-Ministri għandhom dover jattendu l-Parlament. Dan ifisser li l-Kap tal-Oppożizzjoni irid li l-Ministri ma jattendix għal-laqgħat fil-Kunsill Ewropew. Jien Farage? Farage lanqas jgħidha ħmerija bħal din!" iddikjara l-Prim Ministru.

    "Jien konvint li permezz ta' dan il-vot se nkomplu nirregolaw dan ix-xogħol tal-Kamra," temm jgħid il-Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    G.Xerri
    Lul 25, 2016

    Każ ċar ta' 'jekk ma nilgħabx inħassar'. Busttil kulma jmur qed tatih ġewwa sewwa li mhux ser ikun hu u sħabu li ser imexxu l-presidenza tal-UE u allura spiċċa biex ħareġ bi din il-proposta banali.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 26, 2016

    Skuzi ta Minn qallek li Farage qal cuccatti? Cuccatti NAGHMLUHOM ahna ghax qeghdin nilghaqu EU Mietu dawk innocenti kollha u ma tghidux kelma u lanqas tiehdu inzjativa ta xejn. Dawk jissejhu cuccatti

    Irrispondi
  •  

Facebook