“Kaxxi tas-sess”… għandna nitgħallmu mill-barrani!

  • Nov 30, 2012 16:47
  • Miktub minn
"

    Qatt kont qed issuq il-karozza tiegħek u fil-post tal-passiġġier kellek preżenti xi tfajla mill-isbaħ? F’mumenti bħal dawn, ġieli s-sitwazzjoni tisħon xi daqsxejn mhux ħażin (b’mod passjonali), u tkun tixtieq tieqaf tipparkja x’imkien u tgħaddu flimkien mument amoruż ta’ pjaċir u fl-istess ħin ta’ eżerċizzju li jgħin għal saħħitkom? Kemm il-darba m’għafastx dak il-brejk minħabba l-mistħija li xi ħadd jarakom jew jaqbadkom fil-fatt? Kulħadd għadda minn dan il-mument xi darba f’ħajtu!

    Ħbieb ta’ min nitgħallmu mill-barrani… Għaliex qed ngħid hekk?

    Fil-belt ta’ Zurich, fl-Iżvizzera, għadhom kemm installaw servizz ta’ ‘drive-in’ b’differenza. Jiena sejjaħtilhom “kaxxi tas-sess”. Dawn il-kaxxi, li se jibdew joffru s-servizz tagħhom minn Awwissu li ġej, se jipprovdu ambjent diskret u privat fejn wieħed jista’ jipparkja u jkollu x’jasam sesswalment mal-maħbuba fil-karozza u fil-privatezza kollha.

    Dawn il-“kaxxi” għandhom l-għamla ta’ garaxxijiet, li huma kbar biżżejjed biex karozza tista’ tiġi pparkjata b’mod ħafif. Dawn il-kaxxi se jkunu jistgħu jintużaw fuq bażi ‘first come first served’. Ta’ min jgħid li dawn il-“kaxxi” se jkunu jistgħu jintużaw ukoll minn klijenti ta’ diversi prostituti fil-belt ta’ Zurich.

    Il-prostituzzjoni hija legali fl-Iżvizzera, hekk kif uffiċjali fi Zurich ilhom jikkombattu dan il-kummerċ ta’ sess għal żmien twil. “Din id-deċiżjoni se tikkontrolla l-ammont ta’ prostituti jitlajjaw fit-toroq u l-ammont ta’ sess f’karozzi pparkjati fil-pubbliku,” saħaq kelliem għall-Pulizija Żvizzera Reto Casanova.

    Ta’ min jgħid li l-idea kienet introdotta fl-Iżvizzera fl-2010 u ilha tintuża fil-Ġermanja għal żmien twil. Tgħid Malta meta se tasal?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    6