Arrestata għax serqet tliet ċipsiet!

  • Set 14, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews

    Tajba din! Mara f’Washington DC ftit tal-jiem ilu sfat arrestata wara li allegatament serqet tliet ċipsiet mill-platt ta’ pulizija. U mhux talli hekk talli mid-dehra l-investigazzjoni fil-każ għadha għaddejja!

    Mid-dehra l-mara, li jidher li kienet taħt l-effett tal-alkoħol u li kienet fil-kumpanija ta’ sieħba oħra, poġġiet ħdejn uffiċjal tal-pulizija f’restorant magħruf sew għall-pizza, u mill-ewwel bdiet konverżazzjoni miegħu. Imma kien hawn li nqala’ l-inkwiet hekk kif mid-dehra d-diskors qabbadha l-aptit u allegatament ħaditlu ċipsa mill-platt waqt li kien qed jiekol. Din mid-dehra ma kinitx biżżejjed hekk kif allegatament ħadet oħra. Il-pulizija mid-dehra ma tantx niżlitlu tajjeb din l-affari hekk kif wissieha li jekk terġa’ teħodlu ċipsa oħra kien se jarrestaha … bħalma eventwalment ġara.

    Ir-rapport tal-pulizija, fil-lista tal-affarijiet misruqin, iddeskriva l-oġġett misruq bħala “French fried potato”, bl-ammont ikun tlieta. Mid-dehra l-uffiċjal kien wisq bil-ġuħ biex jaħfirhomlha!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0