L-awtoritajiet Ingliżi japprovaw proġett nukleari Franko-Ċiniż

  • Set 15, 2016 21:59
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet Ingliżi lbieraħ taw l-approvazzjoni tagħhom għall-proġett tal-bini ta’ impjant nukleari ta’ $24 biljun biex b’hekk intemmu ġimgħat ta’ inċertezza li dgħajfu r-rabtiet tal-pajjiż maċ-Ċina u Franza u nisslu dubju dwar il-politika ta’ investiment tal-Prim Ministru Theresa May.

    Fi stqarrija lbieraħ il-Gvern konservattiv ta’ May qal li ddeċieda li jkompli bil-proġett magħruf bħala Hinkley Point C fil-Lbiċ tal-Ingilterra wara eżami komprensiv, iżda għamilha ċara li l-Ingilterra se jkollha aktar kontroll fuq ftehim ma’ pajjiżi barranin li jistgħu jsiru fil-futur fejn jinvolvi sehem fi “strutturi kritikali”.

    Il-Prim Ministru May issorprendiet lill-investituri f’Lulju li għadda wara li waqqfet il-proġett Hinkley sigħat biss qabel ma kellu jiġi ffirmat u qalet li riedet aktar żmien biex teżamina bir-reqqa l-proġett li fih il-kumpanija Franċiża EDF kellha tibni l-ewwel reattur nukleari fl-Ingilterra għal bosta snin, liema proġett kellu finanzjament Ċiniż ta’ $8 biljun.

    Fi stqarrija, il-Ministru tal-Kummerċ Ingliż, Greg Clark, qal li wara li eżaminaw bir-reqqa l-proposti għall-proġett “Hinkley Point C” se jintroduċu sensela ta’ miżuri biex ikabbru s-sigurtà u jassiguraw li l-proġett ma jbidillix l-idejn mingħajr ftehim mal-Gvern. L-istqarrija żiedet tgħid li l-Gvern Ingliż se jkollu l-faċilità li jwaqqaf il-bejgħ tal-ishma maġġoritarji ta’ EDF qabel ma dan iseħħ u dan mingħajr avviż minn qabel u ftehim mill-ministri.

    Kritiċi tal-ftehim tal-proġett nukleari kienu qegħdin jistennew li l-Gvern Ingliż jerġa’ jiftaħ it-trattativi dwar il-prezz li huma deskrivewh bħala li kien għoli ħafna qabel ma waqa’ l-prezz taż-żejt li wassal biex il-prezz tal-enerġija jinżel ħafna.

    Id-deċiżjoni biex il-proġett Hinkley jibda wasslet biex jonqos it-tħassib li May, li qabel kienet il-Ministru tal-Intern, kienet se tagħlaq il-bibien tal-investiment barrani, partikolarment miċ-Ċina.

    Mill-banda l-oħra kien hemm tħassib dwar kemm l-investitur Franċiż EDF kien se jkun kapaċi li jikkonkludi l-proġett wara ttardjar ta’ skemi simili u tħassib kbir dwar l-ispejjeż tiegħu.

    Il-kumpanija Franċiża EDF u ċ-China General Nuclear Corporation (CGN) qegħdin jippjanaw biex jibnu u joperaw impjant nukleari ġdid fi Bradwell-on-Sea f’Essex fil-Lbiċ tal-Ingilterra. Dan il-proġett se jkun immexxi miċ-Ċiniżi u jitħaddem b’teknoloġija Ċiniża.

    Ritratt: Is-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari Hinkley Point C (Reuters)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0