L-Amerikani b'$38 biljun f'għajnuna militari lil Iżrael

  • Set 15, 2016 22:00
  • Miktub minn iNews

    Ftehim storiku peress li hu l-ikbar ftehim ta' għajnuna tul l-istorja Amerikana

    L-Istati Uniti mistennija li tagħti $38 biljun lill-Iżrael f’għajnuna militari matul l-għaxar snin li ġejjin. Jingħad li dan hu storiku peress li huwa l-akbar ftehim ta’ għajnuna tul l-istorja Amerikana.

    Uffiċjal għoli tal-Istati Uniti qal li b’dan il-ftehim, se jippermetti lill-kap alleat tal-Lvant Nofsani ta’ Washington li jirristrutta ħafna mill-ajruplan tal-gwerra tiegħu, ittejjeb il-mobilità forzi tal-art u jsaħħaħ s-sistemi ta’ difiża tal-missili tiegħhu.

    Skont l-uffiċjali miż-żewġ pajjiżi, filwaqt li l-pakkett jikkostitwixxi l-akbar għajnuna militari qatt mogħtija lil xi pajjiż mill-Istati Uniti, dan jinvolvi konċessjonijiet mill-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

    Il-konċessjonijiet jinkludu wegħda ta’ Iżrael li ma jitlobx fondi adizzjonali mill-Kungress lil hinn minn dak li se jkun garantit kull sena fil-pakkett il-ġdid, u biex jinqata’ mill-arranġament speċjali li kien ppermetta lil Iżrael li juża parti mill-għajnuna tagħha mill-Istati Uniti fuq l-industrija tad-difiża tagħha stess minflok fuq armi magħmulin mill-Istati Uniti.

    Netanyahu ddeċieda li jkun aħjar li jsawwar arranġament ġdid mal-President Amerikan Barack Obama, li mistenni jħalli l-uffiċċju Presidenzjali f’Jannar li ġej, milli joqgħod jittama għal termini aħjar mill-amministrazzjoni Amerikani l-ġdida.

    Il-ftehim il-ġdid issa jippermetti lil Netanyahu li jevita inċertezzi mill-ħatra tal-presidenza l-ġdid, kemm jekk tkun id-Demokratika Hillary Clinton u kif ukoll ir-Repubblikan Donald Trump, biex jagħti stabilità lid-Iżraeljana biex tkun tista’ tippjana għal quddiem.

    Skont il-White House l-ftehim jikkonsisti f’pagamenti annual ta’ $3.3 biljuni f’dak li qed jiġi msejjaħ finanzjarjament militari barrani, $500 miljun fis-sena għall-fond tad-difiża bil-missili Iżraeljan, li l-ewwel darba seħħet b’mod formali f’patt ta’ għajnuna.

    Il-fond se wkoll ix-xiri ta’ 33 ajruplan tal-gwerra F-35, li l-ewwel tnejn se jkunu kkonsenjat f’Diċembru.

    Ritratt: Il-Konsulent tal-Aġent Nazzjonali tas-Sigurtà ta’ Iżrael, Jacob Nagel u s-Sottosegretarju tal-Istati Uniti Tom Shannon waqt l-iffirmar tal-patt tal-għajnuna militari. [Ritratt: REUTERS]

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0