Tiġi stuprata u l-''ħbieb'' jieħdu vantaġġ minnha

  • Set 15, 2016 22:21
  • Miktub minn iNews

    Wara l-każ ta’ dik it-tfajla Taljana li kienet ġiet stupra u spiċċat tagħmel suwiċidju wara li xi ħadd poġġa l-filmat fuq il-midja soċjali, żagħżugħa oħra Taljana  ġiet stuprata minn f’kamra tal-banju ta’ diskoteka f’Rimini, waqt li kienet fis-sakra. Tant hu hekk li hi sostniet li ma tiftakar xejn. Il-ħbieb tagħha jew dawk li suppost kienu jissejħu ħbieb, mhux biss ma intervjenewx biex iwaqqfu l-abbuż, iżda din id-darba wkoll ħadulha filmat u qassmuh fuq il-midja soċjali.

    Għadu mhux ċar jekk t-tfajla ta’ 17-il sena, esaġerat bl-alkoħol deliberatament flimkien mal-ħbieb tagħha jew kinitx maħduma mill-vjolentatur tagħha li allegatament għandu madwar 20 sena. Jingħad li meta t-tfajla spiċċat intilftef kompletament minn sensiha bl-ammont esaġerat ta’ alkoħol, hu ħadha miegħu fil-kamra tal-banju. Meta l-ħbieb tagħha ndunaw b’dak li kien qed jiġri, marru fl-istess post iżda mhux biex jagħtuha l-għajnuna iżda biex jiffilmjaw dak li kien qed jiġri. Fil-filmat instema’ wkoll id-daħk bla waqfien ta’ dawk “il-ħbieb” waqt li kienet qed tiġi stuprata t-tfajla. Fil-filmat ma deherx wiċċ it-tfajla iżda deher b’mod ċar li kienet bla saħħa u abbandunata f’idejn il-ġuvni li kien qed jabbużaha sesswalment.

    Ebda waħda mill-ħbieb tagħha ma’ mar jitlob għajnuna għal dak li kien qed jiġri fuq it-tfajla li żgur ma kinitx f’pożizzjoni li tagħmel reazzjoni għal dak li kien qed jiġrilha. Jum wara l-istupru, it-tfajla rċeviet il-filmat fuq il-mowbajl tagħha u għalhekk l-inkwiet għaliha żdied aktar.

    L-unika għajnuna li sabet il-vittma kienet mingħand omma, li wara li t-tfajla ddisprat ruħha b’dak li ġralha, tkellmet mal-membri tal-familja tagħha. L-omm flimkien mat-tfajla marru għandu l-pulizija biex jirrapportaw l-abbuż sesswali. Għall-ewwel il-pulizija kienu f’diffikultà peress li t-tfajla ma kienet tiftakar xejn b’dak li kienet ġralha. Biss jekk kliem it-tfajla ma kinux biżżejjed, il-filmat tkellem waħdu u ġie identifikat l-aggressur. Madankollu l-pulizija għadhom qed jinvestigaw ukoll lil “ħbieb” tagħha peress li bl-ebda mod ma provaw jagħtuha l-għajnuna jew isejħu lill-membri tas-sigurtà tal-istess diskoteka anzi provaw jieħdu vantaġġ minn dak kollu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0