Tifun qawwi jolqot liċ-Ċina u lit-Tajwan

  • Set 15, 2016 22:34
  • Miktub minn iNews

    It-tifun “Meranti” laqat bil-kbir ix-Xlokk taċ-Ċina b’irwiefen qliel u xita ma taqta’ xejn u li wassal ukoll għall-qtugħ tal-provvista tal-elettriku lil madwar 1.65 miljun dar iżda ma kienx hemm rapporti ta’ aktar vittmi tal-meltemp f’dak li ġie deskritt bħala l-eqqel tempesta din is-sena fid-dinja kollha.

    It-tempesta, li ġiet rreġistrata bħala super-tifun qabel ma bdiet tbatti wara li għaddiet minn fuq in-Nofsinhar ta’ Tajwan, ħabtet kmieni fil-għodu qrib il-belt ewlenija ta’ Xiamen fejn għexieren ta’ servizzi tal-ferrovija u tal-ajruplani kellhom jiġu kkanċellati biex b’hekk tħarbat is-servizz kollu tat-trasport organizzat għall-festival fuq tlett ijiem li jiġi organizzat kull sena għal nofs il-ħarifa.

    Ritratti u filmati fuq il-midja lokali tal-istat urew għexieren ta’ toroq mgħarrqin, siġar imqaċċtin kif ukoll għadd kbir ta’ vetturi mfarrkin wara li nġarru mill-ilmijiet f’Xiamen hekk kif nies tas-salvataġġ bdew jevakwaw lil mijiet ta’ nies permezz ta’ dgħajjes. F’din il-belt madwar 320,000 dar spiċċaw bla dawl u matul il-provinċja ta’ Fujian, fejn tinsab il-belt ta’ Xiamen, 1.65 miljun dar inqatgħalhom id-dawl.

    Rapporti qalu li sezzjonijiet kbar mill-belt kienu qegħdin isofru wkoll minn qtugħ fil-provista tal-ilma u għadd kbir ta’ twieqi f’bini għoli spiċċaw bil-ħġieġ imfarrak li spiċċa jaqa’ fit-toroq b’periklu għal min kien għaddej. L-aġenzija statali tal-aħbarijiet Xinhua rrapportat li dan kien l-aktar tifun qawwi li qatt laqat dik il-parti tal-pajjiż minn mindu twaqqfet iċ-Ċina Komunista fl-1949 u l-aktar wieħed aħrax f’kull parti tad-dinja din is-sena.

    Għexieren ta’ eluf ta’ nies diġà ġew evakwati hekk kif il-maltempata bdiet riesqa lejn l-inħawi fil-waqt li l-iskejjen tas-sajd ġew imsejħin lura fil-portijiet rispettivi tagħhom.

    Sadanittant persuna mietet u 38 oħrajn sfaw korruti f’Tajwan, skont ma qal iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-Emerġenza hekk kif it-tifun, li ġie kklassifikat fl-ogħla kategorija 5, nhar l-Erbgħa għadda minn fuq il-parti tan-Nofsinhar tal-pajjiż.

    Maltempati ta’ din ix-xorta huma komuni f’dan iż-żmien tas-sena u dawn iżidu l-qawwa tagħhom hekk kif jgħaddu minn fuq l-ilmijiet sħan tal-Oċean Paċifiku u jiżviluppaw f’irwiefen kbar u xita qalila meta jaslu fuq l-art.

    Hu mistenni li t-tifun “Meranti” jkompli jiddgħajjef hekk kif ikun għaddej fuq l-art għall-inħawi tal-kapitali kummerċjali Shanghai, iżda mistenni li jirriżulta f’xita qalila.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0