Il-Kummissarju Borg jurta lil diversi MEPs

  • Diċ 13, 2012 14:24
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-Parlament Ewropew bħala Kumissarju Ewropew għas-saħħa u l-politika tal-konsumatur nhar it-Tlieta, Tonio Borg urta lil diversi Membri Parlamentari Ewropej hekk kif qal li m’hemm ebda ġustifikazzjoni xjentifika li tillimita t-trasport tal-annimali għal tmien sigħat bħalma fil-fatt talbu l-istess membri parlamentari.

    Minkejja dan, Borg ipprova jiżgura lill-Membri parlamentari li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tieħu bis-serjetà l-kwistjoni tat-trasport tal-annimali.

    Il-Parlament kien qed jiddiskuti rapport approvat mill-kumitat dwar l-agrikoltura f’Ottubru li għadda u li jħeġġeġ lill-kummissjoni biex tikkonsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha għal-limitu ta’ tmien sigħat. Dan ir-rapport kien approvat mill-parlament kollu lbieraħ.

    Meta Tonio Borg ħa post Dalli, ħafna kienu qegħdin jittamaw li jkollu opinjoni differenti minn ta’ qablu hekk kif Dalli kien ta impressjonijiet differenti dwar din il-kwistjoni. Minkejja dan, jidher li Borg baqa’ konsistenti mal-pożizzjoni ta’ Dalli

    Il-Membru Parlamentari Daniż, Dan Jorgensen li qiegħed imexxi l-kampanja “Eight Hour” u li anke kien ħa sehem f’konferenza dwar din il-kwistjoni f’pajjiżna wara li rnexxielu anke jiġbor miljun firma favur din il-kwistjoni, ikkritika l-kummenti ta’ Borg. Qal li dak li semgħu jgħid kien arroganti u sostna li mhux demokratiku li wieħed jgħid lil aktar minn miljun firma li huma emozzjonali u mhux xjentifiċi.

    Ikkummentat ukoll il-Membru Parlamentari Ingliża, Julie Girling li qalet li hi tifhem li Borg m’ilux li ħa l-kariga tiegħu, iżda żguratu li saret riċerka xjentifika, b’mod speċjali fejn għandu x’jaqsam it-trasport taż-żwiemel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Ga bdejt taxxaqa Toninu.......ma tinbidlu qatt intkom, twaqqaw il pajjiz ghaz zuffjett

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Kif mil- ewwel naghmlu froga . Li Min tafu saqxix ghalih.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Dan haseb li qighdin igorru l-bhejjem min Ghawdex ghal biccerija ta' Malta fejn gie li u jistennew damu aktar min 8 sieghat u ghax Malta kollox jghaddi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    VERA TRID TKUN ARROGANTI BIEX TKUN STMAT FIL PN. STAQSU IL FRANCO.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    ga beda jaxxaqa dan x haseb li qijed malta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    X'ser issir issa? John Dalli sar jerga jiehu postu u Tonio B

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Mhux ovja li Toninu ma kienx tajjeb biex jokkupa il post fil Par

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    imma kif dejjem l-istess .. hlief twaqqghu lill-pajjiz ghaz-zuffejt ma taghmlux !!!! x misthija ta' nies jahasra

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Well...it goes to show how real the axiom is that the best predictor of future behaviour is past behaviour...I would have been surprised had Tonin(a), been different!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 14, 2012

    Ma naqbilx mal-kummenti ta' hawn taht ghaliex jghid x'jghid Borg, dejjem se jibqa' jkun hemm min ma jaqbilx mieghu...ma jista' qatt jinzel tajjeb ma' kulhadd.

    Irrispondi