Dubji ġodda dwar ir-rapport tal-OLAF fuq Dalli

  • Diċ 13, 2012 14:27
  • Miktub minn

    Ir-rapport tal-OLAF dwar John Dalli ma kienx skont il-proċeduri. Dan kien żvelat dalgħodu mis-sit tal-aħbarijiet New Europe.

    Is-sit New Europe dalgħodu żvela ittra li ntbgħatet miċ-chief supervisor tal-OLAF, John Denlof lill-Membru Parlamentari Ewropew tal-ALDE, Michael Theurer, fejn fiha tefa' dubju dwar l-illegalità tal-proċedura li tmexxiet fir-rapport tal-OLAF, li ffurmat il-ġustifikazzjoni li biha l-President tal-Kummissjoni Josè Barroso talab ir-riżenja ta' John Dalli.

    Skont dak li ntqal fis-sit New Europe barra l-vjolazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità, fejn l-investigazzjoni fuq Dalli lanqas biss kellha tinfetaħ, hemm aktar vjolazzjonijiet li qegħdin jagħmlu dan ir-rapport skadut.

    Il-President tal-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru kien talab lil John Dalli jirriżenja fuq konklużjonijiet ta' rapport tal-OLAF fuq “unambigous circumstantial evidence”, li John Dalli seta kien jaf dwar attenat ta' tixħim u m'għamel xejn biex jirraportah.

    Intqal ukoll li John Dalli qatt ma ngħata ċ-ċans biex jaqra r-rapport tal-OLAF u lanqas ingħata d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu. Dan huwa dritt leġittimu tal-akkużat skont Artiklu 18 tal-proċeduri ta' investigazzjonijiet tal-OLAF.

    L-ittra sħiħa li bagħat Denlof lil Tehurer li huwa ċ-ċermen tal-Kumitat dwar il-kontroll tal-baġit fil-Parlament Ewropew tista' tinqara permezz ta' dan il-link.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Jekk inhu hekk, mela nistenna xita ta' rizenji minn Brussels, u forsi xi haga minn Malta ukoll!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    X'ser issir issa? John Dalli sar jerga jiehu postu u Tonio

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 14, 2012

    @ cikku JR : Ma nohodiex bi kbira li Dalli kien vittma. Ma ninsewx li ghal frame ups il Pn l-ewwel jiehdu. U rridu niftakru wkoll li l-PN jirraguna, li min mhux maghhom kontra taghhom u jeqirduh.

    Irrispondi