Gvern ġdid jirrevedi s-sistema ġudizjarja - Muscat

  • Diċ 13, 2012 16:28
  • Miktub minn

    “Gvern ġdid Laburista jagħmel jirrevedi l-istat tal-ġudikatura u l-ġustizzja. Din għandha ssir minn persuni ta' esperjenzi 'l fuq minn kull suspett u interess. Din ir-riviżjoni trid tkun segwita minn konsultazzjoni u mbagħad twettiq ta' riforma. Gvern ġdid se jkun kommess li jwettaq dan sa tmiem is-sena d-dieħla, hemm bżonn ta' azzjoni minnufih.”

    Dan qalu l-Mexxej Laburista, Joseph Muscat f'konferenza tal-aħbarijiet dwar il-każ ta' Imħallef li kien investigat mill-Pulizija u li se jitressaq il-Qorti.

    Musact qal li dan l-arrest u arresti oħrajn fil-ġudikatura li saru snin ilu qed jheżżeż is-sisien tal-ġudikatura f'pajjiżna.

    “Qed issir urġenti u ta' rivelanza aktar minn qatt qabel riforma fil-ġudikatura biex tiddaħħal. Hemm bżonn tissaħaħ l-Ammisnistrazzjoni dwar il-Kummissjoni tal-Ġustizzja. Hemm bżonn li jkun hemm checks and balances mill-ħatra sal-operat tagħhom,” kompla Muscat.

    Hu qal li din ir-riforma hija bżonnjuża u urġenti mhux biss biex il-poplu jkollu fiduċja sħiħa imma hija ta' bżonn għall-membri tal-ġudikatura li wettqu xogħolhom b'lealtà

    Muscat żied jgħid li l-ħatra tal-ġudikanti m'għandiex tkun f'idejn il-gvern tal-ġurnata, iżda għandu jkun hemm sistema aktar accountable u aktar Ewropea. Huwa qal li l-ewwel reazzjoni tiegħu hekk kif sar jaf b'dan l-aħbar kienet ta' rabja hekk kif is-soċjetà tagħna jistħoqqilha ħafna aħjar.

    Fi tmiem tad-diskors tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni feraħ lill-korp tal-Pulizija għal ħidma tagħhom filwaqt li qal li l-Korp għandu jissaħħaħ b'aktar riżorsi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    "Din għandha ssir minn persuni ta' esperjenzi 'l fuq minn kull suspett u interess." We Maltese are a suspicious lot, "cwiec" (if we are to believe Tonio Fenech), and also a corrupt na

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Dan it 3 imlallef akuzat bkorruzjoni jiena meta smajt had shock ghax ghandi kawza tal kummerc quddiemu . DIK GUSTIZJA ?. Ghalinqas ghandna tama li Dr Muscat ser jaghmel xi haga biex jeqred il korruzjoni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Prosit Joseph ! Rega wera l-impenn li ghandu biex dan il-pajjiz isir wiehed fejn il-gustizzja ma tlunx miktuba biss fuq il-karta izda titwettaq bill-fatti u l-fuq minn kull suspett !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Nahseb li kull cittadin jixxokja ruhu meta jisma dawn l'affarijiet imma il gustizzja ghanda tithalla tiehu il kors taghha.Ic -cittadin u demoralizzat b'dawn l'affarijiet.Il poplu ihoss li veru

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Naqbel 100% dan il pajjiz ghandu bzon overh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Bis sens Joseph! Sirna "BUY 1 get one free "! Republika f'Republika, kif u fejn tista tmur tiehu gustizzja f'dan il-pajjiz tal-Miki Maws ! Lanqas baqa' misthija u min jisthi f'dan il-pajjiz!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Issa ghaxxaqta Joseph, tifrah lil Kolp tal-Pulizija, meta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Hafna kienu li qalu li jinsabu ixxokjati b'dan il-kaz ta korruzzjoni. Imma nahseb li wasal il-waqt li nezaminaw min fejn gejja l-korruzjoni. Franco Debono fid

    Irrispondi