Il-Kunsill tal-Kumitat Olimpiku Malti għandu fiduċja f'Cassar u Farrugia Sacco

  • Diċ 13, 2012 17:39
  • Miktub minn

    Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Kumitat Olimpiku Malti, li għalih ikunu mistiedna żewġ rappreżentanti tal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali tal-Isport membri fi ħdanu, li saret ilbieraħ kemm il-kumitat eżekuttiv, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-Assoċjazzjonijiet urew fiduċja assoluta fil-President l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u s-Segretarju Ġenerali Joe Cassar.

    Il-Kunsill qal li mill-konklużjonijiet tal-kumissjoni tal-Etika tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC), huwa evidenti li t-tnejn li huma ma kienu involuti fl-ebda tip ta' korruzzjoni jew bejgħ illegali ta' biljetti sew għall-Londra 2012 kif ukoll għal Sochi 2014.

    Huma sostnew li Dak kollu li kien irraportat minn sessjonijiet tal-media f'dan ir-rigward huwa kollu falz. “Tant huwa hekk li l-kuntratt tal-biljetti ta' Londra kien diġà kien iffirmat, ikkonfermat fl-Eżekuttiv, u irratifikat fil-Kunsill,” intqal fi stqarrija mibgħuta mill-Kunsill tal-KOM.

    Il-Kunsill tal-KOM qal li huwa konvint li min-naħa tagħhom kollox sar sew u li l-President u s-Segretarju Ġenerali kienu biss qed jimxu ma' proċedura li kif sar qabel, l-ewwel issir offerta imbagħad din tkun diskussa fl-Eżekuttiv u wara konfermata mill-Kunsill.

    Fl-istqarrija ntqal ukoll li l-Kumitati Olimpiċi Ewropej fl-aħħar Assemblea Ġenerali tagħhom f'Ruma fit-8 ta' Diċembru 2012 ħarġu stqarrija li unanimament approvaw li jiktbu lill-IOC biex juru l-appoġġ totali lil dawk kollha li kienu akkużati u għamlu enfażi fuq l-mod ħażin li tmexxiet din l-investigazzjoni u l-mod kif il-Kumissjoni Etika u l-IOC imxiet dwarha.

    Il-Kumitat Olimpiku Malti qal li huwa konxju li l-IOC qed tistudja s-sistema tal-bejgħ tal-biljetti tal-Olimpjadi u jassigura, li bħal m'għamel dejjem, dan se jsegwi dawn ir-regolamenti ġodda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1