Żewġ persuni akkużati b'serq

  • Diċ 13, 2012 18:46
  • Miktub minn

    Il-Pulizija llum ippreżentat taħt arrest quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli lil Keith Cremona ta’ 25 sena residenti l-Belt Valletta u lil Roderick Zammit ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema.

    Huma kienu akkużat li fil-11 ta’ Diċembru, għall-ħabta tas-19:15, ikkommettew serq ta’ diversi oġġetti fosthom flus kontanti li l-valur komplessiv ma jeċċediex il-€232.94. Din is-serqa saret fi Triq Nazju Ellul, il-Gżira.

    Huma kienu akkużati wkoll li fl-istess ġurnata mill-Gżira wkoll serqu sett pjanċi tar-reġistrazzjoni minn fuq vettura tat-tip VolksWagon Polo ta’ lewn aħdar.

    Cremona kien mixli wkoll li rrenda ruħu reċedv. Min-naħa l-oħra Zammit kien akkużat ukoll li fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru f’Ta’ Xbiex, ikkommetta serq ta’ cash register li kienet kontenenti flus kontanti, liema serq huwa aggravat bil-valur jeċċedi l-€232.94

    Kemm Zammit u Cremona wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubha kontrihom. Zammit ingħata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u supervision order għal sentejn. Filwaqt li Cremona ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali.

    Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jesmond Micallef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0