Miġbur persuna b'rabta mal-qtil fil-Mosta... f'Ottubru kienu għamlulu bomba

  • Diċ 14, 2012 08:19
  • Miktub minn

    Il-Pulizija arrestaw raġel b’rabta mal-qtil ta’ Joseph Cutajar fil-Mosta u ġabret xi armi li jeżisti suspett li jistgħu jkunu marbuta mal-isparatura li waslet għall-qtil ta’ Cutajar.

    L-arrrestat huwa Paul Degabriele, persuna magħrufa mill-pulizija u li f’Ottubru li għadda tpoġġitlu bomba taħt il-vann tiegħu fil-Fgura. Dakinhar il-pakkett suspettuż kien ittieħed fir-ranges tal-FAM f'Pembroke biex ikun eżaminat. Il-pakkett kien jinkludi tliet kontenituri tal-ħadid mimlija splussiv li jintuża fil-piroteknika. B'kollox f'dan il-pakkett kien hemm ftit inqas minn kilo ta' splussiv.

    Fil-pakkett kien hemm numru ta' wajers mqabbdin ma sett tal-mowbajl. Il-Pulizija qed tibbaża l-każ li min poġġa l-pakkett kien se jsegwi l-passi tal-vittma biex x'ħin ikun fil-karozza jċemplu fuq il-mowbajl u l-bomba tisplodi. Kieku din il-bomba splodiet kienet mhux biss toqtol jew tweġġa' gravi lill-vittma, imma anke tkorri lil numru ta' nies innoċenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Diċ 14, 2012

    Kultant nibda nahseb li qed nghix Reggio!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 14, 2012

    Peaceful Malta kif spiccajna qisna tal film. Hlief Mafja u korruzzjoni ma tismax fejn huma l principji. Hemm bzonn ta tindifa wahda sew go dal pajjiz

    Irrispondi