Dalli b’kawża kontra Swedish Match

  • Diċ 14, 2012 10:16
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    L-eks-Kummissarju Ewropew, John Dalli lbieraħ fetaħ kawża f’qorti fi Brussels kontra l-kumpanija Swedish Match. Akkumpanjat mill-avukat tiegħu Fernand Schmitz, Dalli fetaħ każ ta’ difamazzjoni kontra din il-kumpanija, hekk kif qal li din xerrdet allegazzjonijiet dwaru b’konnessjonijiet ma’ tixħim.

    Jidher li l-qofol tal-każ kienet laqgħa li seħħet fl-10 ta’ Frarbejn Dalli u konsulent imqabbad minn Swedish Match, li Dalli jiċħad li qatt ġrat. Fil-fatt, Dalli qal li hu qatt ma kellu kuntatt mal-konsulent sa minn meta ltaqa’ magħha fis-6 ta’ Jannar.

    Ta’ min wieħed jgħid li r-rapport ta’ Swedish Match lill-Kummissjoni Ewropea kien li qanqal investigazzjoni mill-OLAF, li wasslet biex il-President tal-Kummissjoni jgħid li Dalli kien irriżenja mill-kariga tiegħu, liema stqarrija Dalli ma jaqbilx magħha.

    Intant, jirriżulta li mhix se tkun din biss l-azzjoni legali li bi ħsiebu jieħu Dalli hekk kif qiegħed jipprepara għal azzjonijiet legali fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u anke fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Diċ 14, 2012

    S

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 14, 2012

    Kemm hu kwiet l'Emeri tus Eddie u bla ebda opinjoni fuq il-Kaz Dalligate! Aktar ittini x'nahseb il-kwiet tieghu! Meta kien hem

    Irrispondi