Aktar minn 52,000 kilo ta’ batteriji nġabru mill-Wasteserv mill-iskejjel minn seba' edizzjonijiet ta’ ''Batterina''

  • Ott 15, 2016 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Illum, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, José Herrera u l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, indirizzaw ċerimonja marbuta mal-kompetizzjoni annwali tal-Wasteserv fl-iskejjel magħrufa bħala l-kampanja ta’ ''Batterina'', f'St Francis School, Xagħra, Għawdex.

    Waqt din l-attività, il-Ministru Herrera ħabbar li s-servizz tal-ġbir ta’ batteriji użati mhux se jibqa’ jaqa’ taħt il-kompetenza tal-aġenzija tal-Gvern Wasteserv, iżda se jimxi għas-settur privat fis-sena 2017.

    Mill-bidu tal-kampanja ta’ ''Batterina'' fl-2009 inġabru aktar minn 52,000 kilo ta’ batteriji użati. Fis-sena skolastika 2015-2016, inġabru aktar minn 6,100 kilo ta’ batteriji mill-iskejjel waħedhom, u 179 skola ħadu sehem b’mod volontarju. L-iskola li ġabret l-aktar batteriji użati bħala medja għal kull student kienet St Francis School, Xagħra, Għawdex, fejn inġabru medja ta’ 6 kilo ta’ batteriji għal kull student. L-iskola b’hekk rebħet €2,500 fi flus li jridu jintużaw jew għal proġett edukattiv marbut mal-ambjent jew bħala investiment fir-riżorsi tal-iskola.

    Il-Ministru Herrera rringrazzja lil Wasteserv tax-xogħol siewi tagħha matul dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-ġbir tal-batteriji u spjega li l-bidla għas-settur privat huwa pass importanti fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna. 

    Il-Ministru Refalo qal li 18% tal-batteriji miġbura f’din l-edizzjoni ġew minn skejjel f’Għawdex. Huwa rringrazzja lill-istudenti Għawdxin għal parteċipazzjoni tagħhom fejn għat-tieni sena konsekuttiva skola mill-gżira Għawdxija ġabret l-akbar ammont ta’ batterijii użati per kapita. 

    Waqt iċ-ċerimonja tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Tonio Montebello, fejn ħabbar li l-kampanja se tkompli sa Diċembru 2016 bit-tmien u l-aħħar edizzjoni. Huwa saħaq l-importanza li għandna  nisseparaw ukoll l-iskart riċiklabbli, bħal plastik, karta, kartun, metall u ħġieġ, kemm id-dar kif ukoll l-iskola. Tonio Montebello qal: “Dan l-iskart isseparat jasal għandna l-Wasteserv, u minn dak il-ħin ma jibqax skart, imma jibda l-proċess biex isir riżorsa”.

    Fl-iskola ta’ St Francis, Xagħra, Għawdex, kien hemm ukoll wirja ta’ oġġetti magħmula minn affarijiet riċiklati.

     

    Ritratti: MGOZ

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0