Hekk kif qiegħda tispiċċa d-dinja!

  • Diċ 20, 2012 16:20
  • Miktub minn
"

    Illum kien mistenni li d-dinja tispiċċa, ħafna preparaw minn qabel għal dan. U hekk kif kien issir fi żmien il-gwerer, x'hemm aktar sigur milli wieħed jistaħba taħt l-art, kif qegħdin jagħmlu persuni fir-Russja.

    Mhux talli hekk, talli xelter ta’ żmien il-Gwerra l-Bierda, iddiżinjat biex isalva l-ħajja ta’ mexxejja Sovjetiċi minn attakk nukleari, ġie mibdul f’lukanda ta’ erba’ stilel, fejn bħalissa għaddej festin ta’ 24 siegħa għal dawk kollha li jixtiequ jaħarbu mill-apokalissi.

    Skont il-mail online li raportaw din l-istorja biex tgħix tmiem id-dinja fi stil liema bħalu, il-biljett biex tattendi għal dan il-festin huwa ta’ £600 il-biljett.

    Ix-xelter numru 42, jinsab 52 metru taħt l-art fiċ-ċentru ta’ Moska, viċin il-Kremlin u jista’ jakkomoda sa 300 persuna. Hekk kif jidħlu fix-xelter, in-nies se jużaw lift fejn se jinżlu 18-il sular taħt l-art.

    “Ħafna persuni se jħossuhom aktar kalmi jqattgħu ġurnata bħal din f’kumdità u f’sigurtà liema bħalha,” stqarr Alexei Pavlovsky, gwida ta’ dan ix-xelter.

    Inti fejn qed bħalissa? Staħba għax it-tmiem qed magħna jew…?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4