Għexieren ta' nies mietu bil-kesħa fl-Ukraina

  • Diċ 23, 2012 10:14
  • Miktub minn
"

    Illum f'Malta hi ġurnata mill-isbaħ ftit kiesħa vera imma ħanina b'xemx tiżreġ fuq rasna u saħħana, sfortunatament mhux l-istess fil-kumplament tal-Ewropa.

    Tal-inqas 83 persuna mietu fl-Ukraina wara li l-pajjiż għadda minn ġranet ta' kesħa estrema. It-temperaturi fl-aħħar jiem niżlu sa -23 gradi celsuis. Dan barra l-borra li niżlet li ħalliet kważi l-pajjiż kollu taħt kutra ta' kesħa.

    Fin-naħa tal-punent tal-Ukraina kien hemm numru ta' sewwieqa li weħlu fil-karozzi tagħhom fi traffiku li dam tlett ijiem u laħaq l-20 kilometru. Dan it-temp estrem qiegħed jaffetwa wkoll lill-Bulgarija u Rumanija fejn tal-inqas mietu sitt persuni bil-kesħa.

    L-uffiċċji meterjoloġiċi f'dawn in-naħat qegħdin iwissu li l-agħar għadu m'għaddiex u li t-temperaturi jistgħu anke jinżlu aktar.

    Volodymyr Yurchenko, il-Ministru tas-Saħħa tal-Ukraina qal li barra 83 persuna mejta hemm 'il fuq minn 500 persuna li jinsabu rikoverati l-isptar li l-kundizzjonijiet tagħhom ukoll huma marbuta mal-kesħa eċċessiva. Sadanittant hemm 'il fuq minn 100 belt u raħal li jinsbau mingħajr provista tal-elettriku. Biex kemm jista' jkun tittaffa l-problema qegħdin jintużaw numru ta' xelters li qegħdin ikunu msaħħna. Dawn qegħdin joffru platt ikel sħun u x'imkien sħun fejn in-nies ikunu jistgħu jistkennu.

    Madankollu ħafna qegħdin isostnu li l-awtoritajiet damu ma ħadu azzjoni u li mhumiex jagħmlu biżżejjed f'din is-sitwazzjpni. Ix-xitwa li għaddiet mietu mitt persuna fl-Ukraina minħabba l-kesħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0