U bħal Lassie wasal lura d-dar!

  • Diċ 23, 2012 12:46
  • Miktub minn
"

    Din hija l-istorja ta' Rocco kelb tar-razza border collie li fil-Milied ta' disa' snin ilu kien intilef. Il-familja Taljana minn Macerata li Rocco kien joqgħod magħhom tilfu kull tama li xi darba jsibuh. Imma hekk kif kien qiegħed jersaq id-disa' anniversarju minn meta ntilef, Rocco nstab.

    Skont dak li rapportat is-sit Taljan Cronache Maceratesi, jidher li għall-ħafna minn dawn id-disa' snin, Rocco kien qed jgħix ma familja oħra li għamluh tagħhom, biss jidher li fl-aħħar xhur abbandunawh.

    Għalkemm Rocco kellu ċ-ċippa u għalkemm il-familja Appignanesi, is-sidien tiegħu għamlu minn kollox biex isibuh kellhom jgħaddu disa' snin twal biex jerġgħu jingħaqqdu.

    Is-sid ta' Rocco, Alessandro qal li matul din il-ġimgħa ċemplulu minn post fejn iżżommu l-annimali abbandunati fil-belt fejn joqgħod u saqsewh jekk kienx tilef xi kelb. “Għaddew tant snin lanqas ridt nemmen li issa nstab,” qal Alessandro.

    Hekk kif mort għalih ma kienx hemm dubju li kien il-kelb tagħna. Lanqas laħaq rani li ma provax jiġi ħdejjha u beda jibki. Kelli immur inġiblu xi affarijiet mill-karozza biex nieħdu lura d-dar u x'ħin ma ranix aktar beda jiddispra. It-triq sad-dar għamiltha nibki,” qal is-sid ta' Rocco.

    Sfortunatament Rocco tilef l-użu ta' saqajh ta' wara. Però l-familja Appignanesi lesti biex jagħtuh dak kollu li għandu bżonn u Rocco bit-tixjir ta' denbu diġà jidher li jinsab kuntent.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    6