Dawra bil-muturi għall-karità

  • Diċ 23, 2012 13:51
  • Miktub minn John Pisani
"

    F’dawn iż-żminijiet ta’ festi, bħalma jiġri kull sena, isiru diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ flus biex dawn jingħataw lil organizzazzjonijiet biex imorru f’fondi għal użu b’risq nies bi bżonnijiet speċjali.

    Il-Pulizija wkoll tieħu ħsieb li tiġbor fondi għal dan il-għan u waħda mill-attivitajiet li l-Korp jorganizza hija ‘l-Motorcycle Charity Ride’ fejn jinġabru l-flus biex imorru għall-Istrina.

    Ir-‘ride’ ta’ din is-sena saret f’temp ideali għal dawra bil-muturi. Minn qabel id-9.00 dawk li ħadu sehem, ħafna minnhom membri tal-Korp tal-Pulizija, bdew jinġabru ħdejn il-garaxx tal-Pulizija fil-Floriana.

    Skortati mill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku, mill-Furjana il-madwar 400 mutur li pparteċipaw, ħarġu lejn Bieb il-Bombi lejn il-Furjana, daru mal-monument tal-vittmi tal-gwerra u ġibdu lejn ir-Rabat. Minn hemm id-dawra bil-muturi kompliet lejn il-Mellieħa, fejn l-istess Korp għamel arranġamenti mal-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità biex jipprovdi parkeġġ fil-pjazza prinċipali.

    Din l-attività, organizzata mill-Assistenti Kummissarji Pierre Calleja u Antoine Casha, isservi wkoll biex iġġib qrib lill-komunità mal-Pulizija, biex b’hekk wieħed jifhem aħjar x’inhuma partijiet mill-funzjonijiet tal-Pulizija, partikolarment f’dak li jikkonċerna t-traffiku.

    Ritratti u Filmati: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3