Credit card u idħol online... jekk għandek x'tonfoq

  • Diċ 25, 2012 11:10
  • Miktub minn
"

    Ħafna pajjiżi l-istaġun tas-sales b'mod uffiċjali jibda għada... fil-ħwienet. Imma b'dawra online f'siti ta' xiri tindunaw li s-sales bdew illum.

    Is-sit Amazon rraporta li l-bejgħ fil-ġurnata tal-Milied fl-Ingilterra żdied b'263% matul l-aħħar ħames snin. Din is-sena qed ikun imbassar li se jkun l-aktar Milied li n-nies se jixtru. L-aktar prodotti li mistennija jinxtraw illum bis-sale dejjem... tablets u smartphones.

    Skont l-Amazon l-aktar li jinxtraw rigali fil-Milied huwa għall-ħabta tal-11.00 fejn jinxtraw il-gift cards, jerġgħu jinxtraw aktar gift cards għal ħabta ta' wara nofsinhar u mbagħad filgħaxija għall-ħabta tat-20.00 meta kollox ikun spiċċa jinbiegħ ftit minn kollox.

    Il-viċi President tal-Amazon li huwa responsabbli mill-bejgħ fl-Ewropa, Xavier Garambois qal li r-revoluzzjoni diġitali żgur li ħalliet impatt fuq ix-xiri tal-Milied. “Il-Milied hija l-aktar ġurnata li fiha jinxtraw downloads għal MP3 u Kindle. Tkun trid tuża' bl-aħjar mod possibbli r-rigali li tkun qlajt f'dik il-ġurnata stess,” qal Garambois.

    Huwa żied jgħid pero li mhux l-affarijiet diġitali biss qegħdin jinbiegħu fil-Milied imma kollox minn prodotti għat-trabi għall-ħwejjeġ. “Il-konsumaturi fil-Milied qegħdin jixtru u jonfqu l-flus b'mod li qabel kien issir biss l-għada tal-Milied, Boxing Day.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0