Ħajja sesswali aħjar fl-2012… grazzi għal Fifty Shades

  • Diċ 26, 2012 13:48
  • Miktub minn
"

    Tliet kwarti tal-Ingliżi tkellmu dwar it-titjib fil-ħajja sesswali tagħhom grazzi għal ‘Fifty Shades’. Dan fi stħarriġ ippubblikat fuq id-Daily Mail fl-aħħar sigħat. 55 fil-mija ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li wara li qraw din it-triloġija saru jesperimentaw iktar, 33 fil-mija qalu li jkunu attivi b’mod iktar frekwenti u 22 fil-mija qalu wkoll li żiedu l-kunfidenza.

    Mitluba jgħidu b’mod ċar u tond jekk fl-2012 tjibitx il-ħajja sesswali tagħhom, 73 fil-mija ta’ dawk li qraw il-ktieb qalu iva, 16 fil-mija qalu li l-ħajja sesswali tagħhom baqgħet l-istess u 11 fil-mija qalu li marret għall-agħar.

    Intant, jidher li lejliet l-ewwel tas-sena huwa jum popolari ħafna għar-romantiċiżmu. Fil-fatt, 63 fil-mija ta’ dawk intervistati qalu li jistennew li jkunu attivi sesswalment f’lejliet l-ewwel tas-sena. Skont dan l-istħarriġ ukoll jirriżulta li wara r-riżoluzzjoni tad-dieta (62 fil-mija),, it-tieni l-iktar riżoluzzjoni popolari kienet iktar sess. Almenu hekk qalu 53 fil-mija ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ.

    L-effett ta’ Fifty Shades hawn min jieħdu biċ-ċajt. Iżda wieħed irid jiftakar li nbiegħu iktar minn 60 miljun kopja. It-tmexxija tal-Lovehoney, l-iktar sit popolari għall-bejgħ tas-sex toys fl-Ingilterra, tgħid li bis-saħħa ta’ dan il-ktieb il-bejgħ żdied b’40 fil-mija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    14