Aktar qarrejja tal-provi tal-Malti kkwalifikati

  • Diċ 27, 2012 15:45
  • Miktub minn
"

    Dan l-aħħar, 44 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-Università ta’ Malta u x-Xhieda ta’ Għarfien tal-Qarrejja tal-Provi tal-Malti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, wara li temmew b’suċċess il-kors universitarju fil-Qari tal-Provi bil-Malti.

    Dan il-kors huwa twil sena u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa, filgħaxija. Huwa mfittex ħafna minn dawk li jużaw il-Malti f’xogħolhom u fil-pubblikazzjonijiet, bħalma huma l-impjegati taċ-Ċivil u tas-settur Privat, il-ħaddiema tal-kunsilli lokali u l-parroċċi, ix-xandara u l-ġurnalisti (gazzetti, internet u televixin),, it-tradutturi, u minn kull min jixtieq jikteb il-Malti bla żbalji. Fil-kors, minbarra li titħarreġ bil-miktub u fuq il-kompjuter fl-ortografija u l-korrezzjoni tal-Malti, ikollok l-opportunità li tiddiskuti u tifhem aħjar ir-regoli tal-kitba Maltija.

    B’kollox, mill-2006 meta fetaħ il-kors, ikkwalifikaw 217-il qarrej tal-provi. It-tmien kors se jiftaħ fi Frar 2013 fl-Università ta’ Malta, kif ukoll fiċ-Ċentru Universitarju ta’ Għawdex, ix-Xewkija. L-applikazzjonijiet għaż-żewġ korsijiet miftuħa diġà u jibqgħu jintlaqgħu sat-18 ta’ Jannar. Għal tagħrif ieħor ara: www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp jew ikteb fl-indirizz: provi-malti.arts@um.edu.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1