F'partijiet tad-dinja l-2013 diġà bdiet...

  • Diċ 31, 2012 16:56
  • Miktub minn
"

    Matul il-ġurnata tal-lum x'imkien madwar id-dinja qed ikun iċċelebrat il-bidu tas-sena l-ġdida. L-ewwel ċelebrazzjonijiet kbar tal-Ewwwel tas-Sena seħħew f'Auckland, New Zealand.

    Mijiet ta' eluf ta' nies inġabru madwar il-port ta' Sydney biex bħal ma jiġri kull sena jammiraw il-logħob tan-nar ċelebri li ta' kull sena jixgħel il-port.

    Din is-sena għall-ewwel darba fl-istorja se jkun hemm ċelebrazzjonijiet nazzjonali f'Burma. Fil-passat f'dan il-pajjiż iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa kienu projbiti mill-mexxejja passati. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru f'Rangoon, fejn ukoll se jkun hemm il-logħob tan-nar u għadd ta' esebizzjonijiet min-nies tal-lokal. Dan l-ispettaklu se jixxandar ukoll “live” fuq l-istazzjon nazzjonali ta' Burma.

    Min-naħa l-oħra fil-belt kapitali Indjana, Delhi l-atmosfera din is-sena xejn m'hi festiva. Dan minħabba l-mewt ta' tfajla ta' 23 sena wara li ġiet stuprata bi vjolenza minn sitt irġiel. B'turija ta' rispett lejn it-tfajla l-armata waqfu ċ-ċelebrazzjonijit, kif ukoll tħasru l-festi f'Punjab u Haryana. Numru kbir ta' diskoteki u ħwienet ukoll ħasru l-avvenimenti li kienu se jagħmlu.

    Aktar tard illum anke fl-Ewropa se nilqgħu s-sena l-ġdida b'numru ta' festeġjamneti f'numru ta' bliet Ewropej, li jinkludu anke l-festeġġjament fil-Belt Valletta.

    Festi kbar ukoll f'Rio de Janiero, il-Brażil fejn mistennija jkun hemm żewġ miljun persuna fl-aktar bajja magħrufa Copacabana. Fl-Amerka bħal snin oħra l-aktar festi popolari jkunu dawk ta' Times Square fi New York.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0