Ta’ 86 sena, Hefner jiżżewweġ mudella ta’ 26 sena

  • Jan 01, 2013 18:11
  • Miktub minn
"

    Hugh Hefner iżżewweġ lil Crystal Harris, il-mudella ta’ 26 sena li fl-2011 telqitu ħamest ijiem qabel suppost iżżewġu. Il-koppja reġgħet ingħaqdet flimkien is-sena l-oħra, fl-2012, u żżewwġu llum fl-ewwel jum tal-2013. “Kuntenta ħafna,” qalet fuq Twitter Harris li issa bidlet isimha għal Crystal Hefner. “Qegħdin nieħdu ħafna gost mal-ħbieb u l-familja,” żiedet il-mudella li ġieli dehret ukoll fuq l-ewwel paġna tal-magażin Playboy.

    Fl-2011 kellhom 300 mistieden għaċ-ċerimonja. Dan qabel Crystal Harris bidlet fil-ħsiebha u lil Hefner ma żżewġitux. Din id-darba ċ-ċerimonja kellha profil iktar baxx u kienu ftit iktar minn żewġ tużżani l-mistiedna. Hefner kien diġà miżżewweġ darbtejn oħra. Huwa ssepara minn mat-tieni mara tiegħu, li wkoll kienet Playmate, fl-2010. L-ewwel żwieġ tiegħu kien intemm fl-1959. Minn kull żwieġ għandu żewġ ulied.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    5