Opportunità għad-dulċiera li jipparteċipaw fil-Karnival

  • Jan 05, 2017 12:38
  • Miktub minn iNews

    Il-Kumitat tal-Karnival permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti qed jorganiżża kompetizzjoni b’karrijiet minjatura magħmula mill-ħelu u /jew ċikkulata. Dawk li jipparteċċipaw ikunu mistennija li jesebixxu l-entratura tagħhom f’esebizzjoni apposta li ssir fil-jiem tal-Karnival 2017 f’post ċentrali. L-istess entraturi jinżammu mill-partecipant biex imbagħad jerġgħu jiġu esebiti f’Mejju 2017 waqt il-Konvenzjoni tal-Ibliet tal-Karnival Ewropej. 

    Kundizzjonijiet

    Il-Karru minjatura jrid jiġi mmuntat fuq bażi ta’ metru u nofs b’nofs metru wisa’.
    L-Istruttura tal-karru tkun magħmula bi kwalunkwe materjal pero l-karru jrid ikun miksi kollu b’sugar past u / jew cikkulata.
    It-tema magħżula hi waħda libera u saħansitra jista’ jkun hemm temi satiriċi.
    Hu fi dmir il-parteċipant li jwassal l-entratura tiegħu fil-post tal-esebizzjoni u lura.
    Mal-esebit jista' jkun hemm b’mod dirett jew indiritt messaġġ promozjonali.

    Premju

    Jingħataw tlett premijiet li huma :-
    L-Ewwel Klassifikat € 300; it-Tieni Klassifikat € 200 u t-Tlielet Klassifikat € 100. Oltre dan kull entratura se tingħata momento mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.  

    Applikazzjoni

    Applikazzjoni b’forma ta’ ittra għandha tiġi mibgħuta lill-Kumitat tal-Karnival, Kunsill Malti għall-Arti, 16 Casa Scaglia, Triq M.A. Vassalli, Valletta. Fl-ittra wieħed għandu jdaħħal id-dettalji kollha personali, inkluż in-numri tat-telefon, numru tal-karta tal-identità, u tagħrif ( u jekk possibbli ritratt) dwar il-prodott li se jippreżenta flimkien ma ħlas ta’ partecipazzjoni ta’ € 10.00. Applikazzjonijiet flimkien mal-ħlas ta’ reġistrazzjoni għandhom jaslu sa mhux aktar tard minn nhar il-Erbgħa 18 ta’ Jannar, 2017 f’nofsinhar.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0