Seskwiċentinarju mit-twaqqif tal-Parroċċa l-Imsida - 1867 - 2017

  • Jan 06, 2017 10:10
  • Miktub minn iNews

    Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Jannar ingħata bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tas-seskwiċentinarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Imsida.

    Il-Vigarju, Mons J Galea Curmi kkonċelebra quddiesa flimkien mal-Kappillan Dun Norman Zammit u l-Kleru tal-Imsida fejn xegħel il-luċerna li se tibqa’ mixgħula matul is-sena.

    Fost il-mistednin distinti attendew uħud mill-membri parlamentari, is-sindku u rappreżentanti mill-Kunsill tal-Imsida u rappreżentanti tal-għaqdiet reliġjużi u tal-Għaqda Melita Banda San Ġużepp.

    Wara l-quddiesa, il-kongregazzjoni ħarġet fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fejn il-Vigarju Mons Galea Curmi xegħel id-dati tat-twaqqif tal-parroċċa, 1867 u d-data attwali tal-150 anniversarju, 2017. Il-Vigarju qasam kejk tal-okkażjoni.

    Matul is-sena mistennija jkunu organizzati diversi attivitajiet reliġjużi u kulturali biex ifakkru dan l-anniversarju.

    L-istorja tat-twaqqif tal-Parroċċa Misidjana

    L-Isqof F.S. Caruana ħatar l-Imsida viċi-parroċċa fl-1835; dan sar fuq rakkomandazzjoni bil-miktub tal-Prepostu ta’ B’Kara, Dun Ġużepp Debono.

    Billi l-popolazzjoni tal-Imsida bdiet tikber, inħasset il-ħtieġa li l-Imsida tinqata’ minn B’Kara u ssir parroċċa awtonoma. F’Marzu tal-1866, l-Isqof Fra Gaetano Pace Forno kiteb Ruma sabiex il-Kongregazzjoni tal-Konċilju taħtar lill-Imsida parroċċa. Il-parroċċa tal-Imsida twaqqfet nhar it-2 ta’ Marzu tal-1867 fejn l-Isqof Pace Forno OSA ħareġ l-editt biex jinqara fil-knejjes kollha ta’ Malta. Il-Q.T. l-Papa Piju IX laqa’ t-talba tal-Isqof ta’ Malta u bl-Ittri Apostoliċi tat-13 ta’ Novembru 1866 awtorizza l-qtugħ minn B’Kara u tgħaqqad magħha lil Tal-Pietà billi tifridha mill-Furjana. Bħala l-ewwel kappillan inħatar Dun Salv Caruana li kien il-Viċi Parroku tal-istess Imsida; hu ħa l-pussess l-għada, it-3 ta’ Marzu 1867. L-ewwel parroċċa kienet il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, illum magħrufa bħala l-Knisja ż-żgħira, fi Triq il-Wied, l-Imsida.

    Fl-4 t’April tal-1886 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali l-ġdida tal-Imsida li hija l-ewwel parroċċa f’Malta u f’Għawdex iddedikata lill-Patronċinju ta’ San Ġużepp.

    L-Isqof Pietru Pace ħareġ id-digriet biex isir it-trasferiment tal-privileġġi, drittijiet u piżijiet mill-knisja tal-Kunċizzjoni għall-knisja l-ġdida ta’ San Ġużepp fil-25 t’April tal-1891 u l-knisja l-ġdida kienet imbierka nhar il-Ħadd 23 ta’ Mejju tal-1891 mill-Vigarju Ġenerali bħala delegat speċjali tal-Isqof Pietru Pace.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook