“Jista' jqis lilu nnifsu mejjet, hija biss kwistjoni ta' ħin”

  • Jan 08, 2017 10:46
  • Miktub minn iNews

    Il-midja Brittanika qed tirrapporta li l-unità Brittanika kontra t-terroriżu, l-SAS, ingħatat mandat biex tfittex u toqtol lill-kap tal-Istat Iżlamiku (IS) Abu Bakr al-Baghdadi.

    Gruppi ta' suldati tal-SAS mistennijin li joqogħdu attenti għall-postijiet ta' moħba li huwa maħsub li jintużaw minn al-Baghdadi, filwaqt li ajruplani ta' spjunaġġ mistennijin li jintużaw biex jiġu moniterjati l-emails u t-telefonati li jsiru fiż-żoni li jkunu qed ikopru.

    Għall-għan ta' din il-missjoni, l-SAS mistennija li tagħmel użu minn informazzjoni miġbura mis-servizzi sigrieti Brittaniċi u mis-CIA. Kapijiet tad-difiża Amerikani u Brittaniċi huma tal-fehma li l-Istat Iżlamiku jikkollassa ladarba jinqatel al-Baghdadi, l-aktar terrorist imfittex fid-dinja.

    Qed ikun rapportat li l-SAS se tkun qed tikkopera mill-qrib mad-Delta Force, l-unità ta' kontra t-terroriżmu Amerikana, u kif ukoll mal-Aġenzija għas-Sigurtà Nazzjonali.

    Il-midja Brittanika kkwotat sorsi fi ħdan id-dipartiment tad-difiża jgħidu li l-kap tal-IS issa huwa l-ogħla prijorità fl-aġenda. “Jista' jqis lilu nnifsu mejjet, hija biss kwistjoni ta' ħin. Se jinqatel f'attakk mill-art jew jekk ikun hemm bżonn permezz ta' attakk mill-ajru permezz ta' ajruplan jew drone.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0