Il-Belġju jissikka l-kontroll fit-trasport

  • Jan 09, 2017 10:15
  • Miktub minn iNews

    Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea li jmiss il-gvern Belġjan mistenni jippreżenta l-pjanijiet tiegħu għat-tisħiħ tal-kontroll u żieda fis-sigurtà fuq il-mezzi tat-trasport.

    Il-gvern Belġjan mistenni jsaħħaħ is-sigurtà fit-trasport bil-ferroviji, karozzi tal-linja u mezzi marittimi. Jidher li bħala parti mill-miżuri l-ġodda, il-passiġġieri fuq il-mezzi tat-trasport se jkunu mitluba jagħtu d-dettalji personali meta jixtru l-biljetti. 

    Il-ħsieb huwa li l-awtoritajiet ikollhom ħjiel tal-identità ta' dawk li se jkunu abbord tal-mezzi tat-trasport minn qabel. Għalhekk se jsir diffiċli ħafna li persuna taħseb fl-aħħar ħin biex taqta' biljett l-aktar għal dawk il-vjaġġi minn pajjiż għall-ieħor. 

    Jidher li l-pjan tal-gvern Belġjan se jmur lil hinn minn dak mitlub mill-Parlament Ewropew biex il-pajjiżi jżommu d-dettalji tal-passiġġieri li jkunu għamlu użu mill-mezzi tat-trasport tagħhom. 

    Il-miżuri l-ġodda tfasslu fid-dawl tal-aħħar attakki li seħħew fil-Belġju f'Marzu tal-2016 u mistennija jidħlu fis-seħħ fl-2018. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0