Kunċert vokali u strumentali fil-Katidral tal-Imdina

  • Jan 09, 2017 14:44
  • Miktub minn iNews

    Matul din is-sena il-Każin Banda San Ġiljan A.D. 1927 ser ikun qed jiċċelebra id-90 sena mit-twaqqif tiegħu. Għal dan il-għan il-kumitat tal-Każin Banda San Ġiljan ħejja programm ta’ attivitajiet mifruxa fuq is-sena kollha .  

    Bħala bidu ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, il-Kumitat Centrali ser ikun qed jiftaħ dawn il-festi b'kunċert Vokali u Strumentali ġewwa l-Katidral tal-Imdina, dedikat lil missierna San Pawl. F’dan il-kunċert ser inkunu qed ingawdu mhux biss repertorju mill-aktar esiġenti iżda wkoll ser ikollna x-xorti u l-unur li ngawdu l-orgni tal-Katidral. Dan ser ikun qed jigi amalgament flimkien mal-Banda sabiex flimkien joħolqu atmosfera unika li ftit kellhom ix-xorti jesperjenzaw.

    Fost il-mużika tant impenjattiva li għandha mħejjija b’tant reqqa din il-banda, ser inkunu qed nisimgħu La Grande Pasqua Russa Op.36 li kif jixhed isimha stess hija waħda mill-aktar xogħlijiet kbar li kkompona l-kompożitur Russu Nikolai Rimsky-Korsakov. 

    Il-kunċert ser ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast tal-Banda San Ġiljan, Mro. Etienne’ Spiteri bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti, il-Baritonu Louis Andrew Cassar, l-Organista Ronald Camilleri u l-Arpista Esmeralda Galea Camilleri. 

    Dan il-Kunċert Vokali u Strumentali ser jittella' nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar, fil-Katidral Metropolitan ta' San Pawl, l-Mdina fit-8:00pm. Se jkun provdut anke trasport. Kull min huwa nteressat li jirriserva post għal dan il-kunċert, għandu jibgħat email fuq stjband@maltanet.net jew iċempel 99824864. 

    Is-Soċjetà timraħ 'il bogħod u t-timbru ta’ kwalità li tant hija magħrufa għalih mhux biss ser jinżamm, iżda qed isir minn kollox biex dan ikompli jikber.

    Il-Każin tal-Banda San Ġiljan, kien wieħed mill-ewlenin li ħadem biex il-kultura mużikali mhux biss tissaħħaħ iżda tkompli tifjorixxi. Għaldaqstant qed nistiednu lil kulħadd jattendi għal dan l-avveniment uniku li se jkompli jibni fuq l-istorja mużikali tant sabiħa li għandha din is-socjeta’. Dan il-kunċert desitnat li jibqa’ fil-memorja ta’ kull min jattendi. 

    Il-kumitat tal-Każin Banda San Ġiljan jixtieq jirringrazzja lill-Kapitlu tal-Katidral għall-għajnuna u l-kollaborazzjoni biex ikun jista' jittella' dan il-kunċert.

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0