Produzzjoni teatrali minn Anici Dramatic Company

  • Jan 09, 2017 19:30
  • Miktub minn iNews

    Wara li s-sena li għaddiet l-Kumpanija Teatrali Aniċi fakret it-80 sena mit-twaqqif tagħha, permezz ta’ attività li fiha ġie rikonoxxut il-Palk Malti, għat-tieni sena konsekuttiva, l-istess kumpanija b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ser twassal it-tieni edizzjoni ta’ ‘Qormi Festa Palk’.

    L-attività li ser isir is-Sibt 4 ta’ Frar fis-7:30 ta’ filgħaxija, fis-sala tal-kulleġġ San Injazju Skola Primarja San Ġorġ (Eks Skola Ġużè Galea) Ħal Qormi, ser tkun mqasma fuq tlett partijiet. 

    Is-sena li għaddiet kienu tlieta l-persuni li rċievew rikonoxximent mill-Kumpanija, din is-sena huma erba’ l-persuni li ser tkun qed tirrikonoxxi l-ħidma tagħhom. 

    Fl-ewwel parti dawk preżenti, jistgħu jifhmu aktar fid-dettall l-irwol ta’ dawn il-persuni mal-Kumpanija Teatrali Anici permezz ta’ preżentazzjoni viżiva imħejjija għall-okkazzjoni. 

    Lil hinn mir-rikonoxximenti, fit-tieni parti imbagħad wieħed jista’ isegwi kummiedja f’att wieħed miktuba minn Laurie Bellizzi taħt id-direzzjoni ta’ George Agius bl-isem ta’ ‘L-Għada tal-Party’. Fit-tielet parti, l-erba’ persuni magħżula jirċievu r-rikonoxximent f’isem il-Kumpanija Teatrali Anici u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.

    Għalhekk jekk għandek għal qalbek il-Palk Malti u tixtieq isir taf aktar dwar l-istorja tal-Kumpanija Teatrali Anici, din hija attività’ li m’għandekx titlef.

     

    Aktar tagħrif jinkiseb mill-paġna ta’ Facebook: Anici Dramatic Company AD 1936

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook