L-influwenza aktar gravi mis-sena l-oħra

  • Jan 10, 2017 09:00
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    Mill-moniteraġġ tas-sitwazzjoni tal-influwenza fil-komunità permezz tal-għajnuna tat-tobba tal-familja, li jsir kull sena, jirriżulta li bħalissa r-rata tal-influwenza qed tiżdied bħal snin preċedenti iżda f’livell ogħla mill-istaġun 2015-2016.

    Inewsmalta huwa infurmat li sa issa, f’dan l-istaġun ġew irrekordjati 65 każi kull 1,000 konsultazzjoni tat-tabib tal-familja, filwaqt li fl-istaġun tal-influwenza tas-sena l-oħra, kellna rati ta’ madwar 41 każ kull 1,000 kunsultazzjoni tat-tabib tal-familja sa dan iż-żmien.

    Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qaltilna li l-quċċata ta’ din is-sena fl-influwenza, mistenni jintlaħaq fi ftit ġimgħat oħra. Fil-fatt, jirriżulta li s-sena l-oħra kien hemm massimu ta’ 133 każ kull 1,000 konsultazzjoni tat-tabib tal-familja fit-tieni ġimgħa ta’ Frar 2015. 

    Mistoqsija dwar x’għandu jsir biex persuna tkun protetta mill-influwenza, l-istess kelliema qalet li wieħed għandu jieħu t-tilqima, li għadha tista’ tittieħed mingħajr ħlas, miċ-Ċentri tas-Saħħa. 

    Barra minn hekk, nies morda għandhom joqogħdu d-dar u ma jmorrux skola jew xogħol biex kemm jista’ jkun l-influwenza ma tinxteridx. 

    Jirriżulta li din is-sena kienet waħda rekord għal kemm persuni ħadu t-tilqima tal-influwenza, fil-fatt sa issa diġà ħadu din it-tilqima 70,350 persuna, 4,103 aktar minn kemm kienu ħaduha s-sena li għaddiet.

    F’kummenti oħrajn, l-istess kelliema fakkret li din is-sena wkoll fl-Isptar Mater Dei inbdiet sistema ġdida, fejn qed jintbagħtu infermiera fid-djar biex jagħtu l-vaċċin tal-influwenza lil dawk l-anzjani li s-sena li għaddiet spiċċaw biex iddaħħlu l-Isptar minħabba l-influwenza. 

    Huwa inkoraġġit il-ħasil tal-idejn regolari u li wieħed jevita li jħalli tissues użati mxerddin ‘l hemm u ‘l hawn. 

    Sadanittant, is-sitwazzjoni fl-Ewropa hija simili għal dik ta’ pajjiżna, fejn pajjiżi oħra qed jirrappurtaw żieda fin-numru ta’ każijiet fil-komunità u anke fl-isptarijiet. 

    L-aħħar informazzjoni miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) turi li r-rata f’Malta għada klassifikata baxxa u hemm pajjiżi oħrajn bħal Franza, Ġermanja, l-Italja u r-Russja huma fil-medja filwaqt li dik tal-Finlandja hija għolja ħafna.

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook