“Dan huwa x'tagħmillek l-ectasy - teħodhiex” … Omm tippubblika ritratti ta' bintha f'koma

  • Jan 10, 2017 09:25
  • Miktub minn iNews

    Dawn iż-żewġ ritratti xokkanti – li ttieħdu f'distanza ta' 21 sena wieħed mill-ieħor – juru li l-lezzjoni dwar it-theddida tad-droga ecstasy għadha ma tteħditx.

    Fl-1995 l-Ingilterra kienet spiċċat ixxokkjata bil-mewt taż-żagħżugħa ta' 18-il sena Leah Betts wara li l-ġenituri tagħha kienu ppubblikaw ritratti tagħha tinżamm ħajja bil-magni biex iqajmu kuxjenza kontra d-droga qattiela. U aktar minn 20 sena wara, f'każ separat, omm ippubblikat ritratt ta' bintha (fuq), li wkoll jisimha Leah, li spiċċat f'koma wara li abbużat mid-droga ftit tal-jiem ilu.

    B'xorti tajba f'dan l-aħħar każ it-tfajla, li għad għandha biss 16-il sena, irnexxielha tirkupra wara li abbużat mid-droga fil-festi tal-Milied.

    Madankollu ommha, Kerry Robinson, ippubblikat ritratti biex żgħażagħ oħrajn ma jagħmlux l-istess żball ta' bintha u jispiċċaw ipattu għal dan l-iżball b'ħajjithom.

    Flimkien mar-ritratt, l-omm ta' 35 sena kitbet “Dan huwa x'tagħmillek l-ectasy – teħodhiex”.

    Dan ir-ritratt (taħt) kien ippubblikat fl-1995 mill-ġenituri ta' Leah Betts biex iqajmu kuxjenza kontra d-droga

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook