Jispara lejn martu għax kilitlu biċċa sandwich!

  • Jan 10, 2017 11:50
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' 55 sena minn Baltimore allegatament tant inħakem minn rabja wara li martu kilitlu biċċa minn sandwich li sparalha diversi tiri ta' senter qabel ma nqafel f'daru bin-begozjati mal-pulizija biex iċedi jdumu għaddejin għal xejn inqas minn tliet sigħat.

    L-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda.

    Jidher li mart Daniel Brian Blackwell minn Baltimore l-Istati Uniti kienet qiegħda tipprepara l-ikel meta meta wara li nduna li kilitlu biċċa mis-sandwich tiegħu spara tir lejn is-saqaf tal-kantina fejn kien jinsab. Meta niżlet biex tara li kollox kien f'postu, hija sabet lil żewġha mdawwar b'għadd ta' armi tan-nar.

    Meta rat hekk hija telgħet tiġri lura t-taraġ, b'żewġha jiġri warajha u jispara  tliet tiri fid-direzzjoni tagħha meta marret fil-kċina.

    Fortunatament hija u t-tlett itfal tagħhom ħarbu jiġru mid-dar mingħajr ma ndarbu fl-isparatura.

    L-uffiċjali tal-pulizija marru mill-ewwel fuq il-post, bi Blackwell jissakkar f'daru u jċedi biss wara tliet sigħat ta' negozjati.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0