Il-coach ta' Liverpool ifaħħar lil Firmino għas-saħħa mentali tiegħu

  • Jan 10, 2017 13:11
  • Miktub minn iNews

    Il-coach ta' Liverpool, Jurgen Klopp, faħħar lil Roberto Firmino għas-saħħa mentali tiegħu wara li safa misruq.  L-atakkant Brażiljan u l-familja tiegħu kienu mġiegħla jqattgħu l-Milied f'lukanda wara li sfaw misruqa.

    "X'nista' ngħid …. kien żmien diffiċli għal Firmino. Iżda rnexxielu jegħleb dan il-mument diffiċli f'ħajtu  u ta l-aħjar tiegħu fil-pitch. Meta Roberto jkun fil-pitch ma jaħseb xejn ħlief fuq football. Żgur li ma kienx perjodu feliċi f'ħajtu."

    Fil-ħin tas-serqa, ħadd mill-membri tal-familja tal-player internazzjonali Brażiljan ma kien id-dar. Jidher li grupp ta' ħallelin daħlu fid-dar tiegħu, fit-22 ta' Diċembru, fejn serqu ħwejjeġ, ġojjellerija u arloġġi b'valur ta' madwar £70,000. 

    Il-club ta' LIverpool assigura li Firmino u l-familja tiegħu jgħixu f'lukanda matul iż-żmien tal-Milied u mpjegaw uffiċjal tas-sigurta tal-club mad-dar residenzjali.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook