l-BOV Investment Funds imnedija fuq is-suq

  • Jan 10, 2017 15:24
  • Miktub minn iNews

    L-ewwel fondi kuntrattwali mmexxija mir-riskju fuq is-suq Malti

    Il-BOV Asset Management nediet tliet fondi kuntrattwali fuq is-suq. Il-Kumpanija qed tagħmel dan għall-ewwel darba, u l-għan huwa li tipproponi mezz ta’ investiment bi spejjez aktar baxxi, biex b’hekk toffri valur aħjar lill-investituri. Il-firxa ta’ BOV Investment Funds tinkludi tliet fondi ta’ portafoll – il-BOV Conservative Portfolio Fund, il-BOV Balanced Portfolio Fund u l-BOV Growth Portfolio Fund – li lkoll huma regolati mid-Direttiva tal-UCITS.

    Filwaqt li introduċa l-BOV Investment Funds, Romeo Cutajar, Uffiċjal Kap tas-Servizzi ta’ Investiment fil-Bank of Valletta spjega li, “Fil-BOV, aħna dejjem infittxu li nqiegħdu fis-suq prodotti u servizzi innovattivi li jkunu mmirati lejn il-klijenti tagħna. Ninsabu ħerqana ħafna dwar il-BOV Investment Funds li qed inniedu, għaliex jirrappreżentaw alternattiva ta’ investiment ġdida għall-konsumatur, u li huma adattati għaċ-ċirkustanzi finanzjarji matul il-hajja tal-klijent individwali, u jistgħu jiġu mmodifikati biex jissodisfaw iċ-ċirkostanzi ta’ dak l-individwu hekk kif jinbidlu matul is-snin.”

    Is-Sur Cutajar spjega, “Dan huwa kunċett ġdid f’ħafna aspetti. L-ewwel u qabel kollox, qed inniedu tliet fondi ta’ portafoll fl-istess ħin sabiex nindirizzaw livelli differenti ta’ riskju immirati lejn profili ta’ riskju distinti.” Huwa qal ukoll li, “Il-BOV Investment Funds huma l-ewwel fondi ta’ investiment ta’ dan it-tip f’Malta, fejn ghal kull portfolio fund qed jigi stabbilit livell ta’ volatilità massima. Minkejja li t-tliet fondi jaħdmu b’mod simili, l-element ta’ riskju, u bl-istess mod il-gwadann, jiżdied hekk kif wieħed jimxi mill-Conservative Portfolio Fund għall-Balanced Portfolio Fund u finalment għall-Growth Portfolio Fund. It-tim tal-BOV Asset Management li jħaddem il-Fondi b’mod attiv joffri esperjenza vasta u diversi sinerġiji. Dan it-tim se jkun qed jevalwa l-Fondi b’mod kostanti, sabiex jiżgura li fl-ebda ħin il-volatilità ta’ kwalunkwe Fond partikolari ma taqbeż il-limitu predeterminat.”

    Filwaqt li sostna l-istqarrija tas-Sur Cutajar, Mark Agius, Kap Eżekuttiv tal-BOV Asset Management, spjega li l-BOV Investment Funds joffru benefiċċji importanti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. “Wieħed jista’ jinvesti fi kwalunkwe portfolio fund imħaddem bħala UCITS b’investiment minimu ta’ EUR 5,000. Barra minn hekk, fittixna li nżommu l-istruttura tal-ispejjeż f’livell minimu, u fil-fatt ma hemm l-ebda ħlas biex tinvesti jew biex toħroġ mill-portfolio funds. B’dan il-mod, irridu niżguraw li nimmassimizzaw il-qligħ għall-investituri.”

    Is-Sur Agius ikkummenta wkoll dwar il-mod kif il-BOV Investment Funds ivarjaw mill-fondi ta’ investiment tradizzjonali. “Il-fondi ta’ portafoll għandhom mandat wiesa li għandu l-għan li jipprovdi qligħ aħjar skond il-livell ta’ riskju. Dawn il-fondi huma ddisinjati b’tali mod li l-investitur jibbenefika mid-diversifikazzjoni permezz ta’ investiment uniku, li essenzjalment ifisser li kull portafoll se jinkludi klassijiet ta’ assi differenti li jesibixxu l-benefiċċji ta’ korrelazzjoni baxxa.”

    “B’dan il-mod, inkunu qegħdin b’mod effettiv noffru lill-klijenti tagħna aċċess għal servizz ta’ tħddim ta’ portafoll permezz ta’ dawn l-Investment Funds; servizz li mill-bqija jkun ipprojbit għalihom minħabba l-ammonti żgħir li jinvestu,” ikkonkluda s-Sur Mark Agius.

    Il-klijenti li jkunu interessati jiksbu aktar tagħrif dwar il-firxa ta’ BOV Investment Funds u l-mod kif jaħdmu jistgħu jistaqsu f’kwalunkwe fergħa tal-BOV jew f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Investiment tal-Bank. Il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati wkoll lil BOV Asset Management fuq 2122 7311 jew billi tintbagħat posta elettronika fuq infoassetmanagement@bov.com.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook