40 xahar ħabs fuq pussess ta’ droga ecstasy u kannabis

  • Jan 10, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    Ayman Abul-Ez Mohammed Hanafwa kien ikkundannat 40 xahar ħabs u mmultat €2,000 wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu d-droga ecstasy u r-raża meħuda mill-pjanta Cannabis, liema droga instabet f’tali ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. 

    Il-każ kien seħħ nhar is-27 ta’ Diċembru 2016. Hanafwa ammetta wkoll li kien biegħ jew ittraffika l-pjanta Cannabis. 

    Il-Qorti semgħet lil Hanafwa jisħaq li huwa kien vittma tal-abbuż tad-droga għax kien kollu minnu li huwa kien qed jagħmel użu mill-imsemmija droga. 

    Ir-raġel saħaq ukoll li ma kienx jimmeritah il-ħabs iżda ladarba kien qed jistqarr ħtijietu huwa sostna li ma kellux jeħel il-ħabs. Insista wkoll li jrid jingħata l-għajnuna. 

    Il-Qorti semgħet ukoll ix-xhieda tad-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li spjega l-proċedura li trid tiġi segwita biex persuna tkun detenuta u li matul il-kors tal-inkarċerazzjoni tagħha tagħmel ukoll programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga. 

    Meta ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti qalet li Hanafwa kien diġà ngħata l-opportunità li jkun jista’ jibdel ħajtu meta l-Qorti tal-Appell Kriminali kienet tagħtu sentenza ta’ priġunerija sospiża. 

    “Ir-riżultat kien li ftit aktar minn sitt xhur wara din is-sentenza mogħtija lilu mill-Qorti tal-Appell Kriminali huwa reġa inqabad jikkommetti delitti oħra. Huwa ċar li l-imputat ma fehemx jieħu l-opportunità tad-deheb li kien ingħata mill-Qorti tal-Appell Kriminali. Issa ma jistax jippretendi li din il-Qorti terġa’ tagħtih piena alternattiva għal dik ta’ ħabs effettiv,” qalet il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron M. Bugeja.

    Għar-reati li Hanafwa ikkommetta, Hanafwa kien ikkundannat 16-il xahar ħabs u mmultat €2,000 filwaqt li s-sentenza ta’ 24 xahar priġunerija sospiżi għal sentejn li kien hemm fil-konfront tiegħu saret waħda effettiva. B’hekk huwa kien ikkundannat għal piena ta’ 40 xahar ħabs. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Cassar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook