17-il xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ rapport falz

  • Jan 10, 2017 16:30
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta’ 57 sena, li nstab ħati diversi drabi dwar akkużi relatati ma’ frodi, kien ikkundannat 17-il xahar ħabs wara li l-Qorti ma emmnitx l-istorja tiegħu meta allega li kien mhedded b’pistola ma’ rasu u li ssakkar f’mobile toilet minn raġel li beda jitolbu li jħallsu flus li kien issellef mingħand is-sieħba tiegħu. 

    Fl-2008, Olaf Cini kien għamel rapport falz kontra Publius Said, fejn sostna li Said kien żammu llegalment u heddu. Sussegwentement, Said tressaq il-Qorti iżda ma kienx instab ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih. 

    Fil-Qorti, Cini kien akkużat li bil-ħsieb li jagħmel il-ħsara lil Said, meta kien jaf li din il-persuna hija innoċenti, akkuża lil din il-persuna quddiem il-Pulizija b’reati suġġetti għal piena akbar mill-piena ta’ priġunerija għal żmien sentejn u li sar reċediv.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu dwar Lm800 li Olaf Cini kien issellef mingħand ċertu Ina Abrekova, li hija s-sieħba ta’ Said. 

    Cini qal li wara li kien rilaxxat mill-ħabs fl-24 ta’ Novembru 2007, Ina u s-sieħeb tagħha Publius kienu riedu flushom lura tant li Said kien beda jsegwieh u jheddu filwaqt li kien insista li issa kellu jieħu l-interessi biex b’hekk is-somma kienet telgħet għal LM4,000. 

    Min-naħa tiegħu, Said qal li għall-ewwel Cini kien juża isem falz biex jieħu s-self, iżda Said kien irnexxielu jsibu. Cini kien naqas milli jħallsu għal diversi xhur.

    Meta kkuntattjat, is-sieħba ta’ Olaf Cini, Marthese Camilleri offriet li tagħmel tajjeb hi għad-dejn f’każ li Cini ma jħallasx fi żmien sena. Xahrejn wara, Camilleri qalet lil Said li s-sieħeb tagħha kellu flus biex iħallsu, iżda kien qed jonfoqhom x’imkien ieħor. 

    F’mument minnhom, Cini qal lil Said li ommu kienet bagħtitlu l-flus mill-Kanada, bis-sieħba ta’ Said tissuġġerixxi li jittieħdu bħala garanzija l-arloġġ u l-brazzuletta li kien liebes Cini.

    Aktar tard, Cini allega li dawn l-oġġetti kienu nsterqu mingħandu u li Said kien poġġa pistola ma’ rasu u sakkru f’mobile toilet għal bosta sigħat. Allega wkoll li kien mhedded. 

    Said ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u fakkar li Camilleri kienet lesta li tagħmel tajjeb għas-self ta’ Camilleri, li eventwalment ħallset fl-2009. 

    Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabet lil Cini ħati ta’ rapport falz u nnotat li ma kienx irrapporta minnufih lil Pulizija dwar l-allegazzjonijiet tiegħu. 

    Huwa kien effetivament iltaqa’ ma Said wara l-inċident fejn huwa allega li kien mhedded b’pistola. Il-Qorti nnotat ukoll li ma kienx hemm evidenza biex tipprova l-allegazzjoni li saru. 

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti kkundannat lil Cini għal 17-il xahar ħabs. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Roderick Agius.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0