Korriet 17-il darba biex fl-aħħar kellha 4 itfal f'disa' xhur

  • Jan 10, 2017 17:19
  • Miktub minn iNews

    Mara li b'kollox korriet 17-il darba u li ntqalilha li qatt mhi se tkun tista' twelled irnexxielha ssir omm ta' erbat itfal f'disa' xhur.

    It-tobba kienu qalu lil Lytina Kaur li jaf qatt ma tkun tista' tinqabad tqila u twelled tarbija wara li meta kellha 17-il sena nstab li kienet qed tbati minn forma akuta ta' leakaemia, u rċeviet trapjant tal-mudullum sena wara.

    Madankollu wara 13-il sena li tulhom korriet xejn inqas minn 17-il darba, Lytina, li llum għandha 32 sena u tgħix f'Nottingham l-Ingilterra, skopriet li kienet tqila – u llum il-ġurnata hija omm ta' erbat ibniet.

    F'Settembru tal-2015 hija welldet lill-ewwel bint tagħha, Kiran, bit-tewmin surrogati Kajal u Kavita jitwieldu fl-Indja xahrejn biss wara. U f'Ġunju tas-sena li għaddiet Lytina welldet ukoll lil Kiyara.

    Lytina saħqet li nqabdet tqila l-ewwel darba fl-2007 wara li żżewġet, bit-tobba jgħidulha li kienet qed tistenna tewmin qabel ma eventwalment korriet. 

    Hija qalet li “mis-17-il esperjenza ta' korriment li kelli dak kien l-aktar mument difiċli għalija hekk kif kont ili nġorrhom f'ġufi għal żmien twil qabel ma ngħatajt l-aħbar li kont se nitlifhom.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0