Taħriġ f’Malta għal uffiċjali Ċiniżi, dwar l-anzjani

  • Jan 10, 2017 18:19
  • Miktub minn iNews

    ‘‘Huwa siewi ferm li pajjiżna jaqsam tagħrif u esperjenzi ma’ pajjiżi oħra fil-qasam tal-anzjani, iktar u iktar meta l-bidla demografika mgħaġġla saret waħda globali u toffri sfidi komuni għal kull pajjiż’’. Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fil-ftuħ ta’ kor ta’ taħriġ fil-ġerentoloġija u fil-ġerjatrika għal uffiċjali Ċiniżi mill-Beijing Civil Affairs Bureau, organizzat mill-Istitut Internazzjonali dwar l-Anzjanità tal-Ġnus Magħquda bbażat f’Malta.

    Dr Caruana fakkret li tul l-erbgħin sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u ċ-Ċina kien hemm kooperazzjoni f’bosta oqsma fi spirtu ta’ ħbiberija, li kienet ta’ għajnuna anke fil-qasam tal-anzjani.  

    Justyne Caruana tkellmet dwar il-ħidma li wettaq is-segretarjat parlamentari li tmexxi, bit-tfassil ta’ Politika u Strateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva u strateġija oħra għad-dimenzja. Semmiet ukoll liġijiet li saru apposta, bħal dik kontra kull forma ta’ abbuż fuq l-anzjani, il-ħatra ta’ kummissarju għall-anzjani, kif ukoll l-istandards nazzjonali għad-djar residenzjali kollha. Bi proġetti bħal tal-live-in carer qed inkomplu nħeġġu lill-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità sakemm jibqgħu jifilħu, żiedet Dr Caruana, filwaqt li tkellmet ukoll dwar is-servizzi fil-komunità.

    ‘‘Huwa ta’ unur li b’dawn il-kisbiet konkreti, dan il-pajjiż ċkejken tagħna jista’ jaqsam din l-esperjenza ma’ pajjiżi ferm ikbar madwar id-dinja bi rwol importanti, anke permezz tal-Istitut Internazzjonali għall-Anzjanità’’, qalet Justyne Caruana.

    Bħala Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Dr Caruana għandha l-impenn li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina, bil-għan li tikber il-ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi, l-aktar fl-oqsma tal-anzjani u tad-diżabilità. Is-Segretarju Parlamentari qalet li dan il-programm ta’ taħriġ minn uffiċjali Ċiniżi f’Malta qed isir f’mument tajjeb għax żgur li hemm ħafna x’niddiskutu u x’nitgħallmu mingħand xulxin dwar il-kura tal-anzjani u l-impenn li jibqgħu jkunu attivi fi ħdan is-soċjetà. Dr Caruana awgurat li jkunu segwiti l-punti pożittivi li joħorġu minn dan il-programm ta’ taħriġ f’Malta, li żgur jimmotiva lill-parteċipanti għal aktar tagħlim u inizjattivi ġodda.

    Preżenti kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta, Jiang Jiang, kif ukoll id-Direttur tal-Istitut Internazzjonali tal-Ġnus Magħquda dwar l-Anzjani, Dr Marvin Formosa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook